Ix-xogħlijiet
fuq ir-riabilitazzjoni tas-Salini jinsabu f’fażi avvanzata. Dan stajt
nikkonfermah il-bieraħ wara nofsinhar meta zort
ix-xogħlijiet flimkien mal-Ministru De Marco. Hawnhekk il-Ministeru tiegħi qed jagħmel
xogħol kbir, fejn qed isir ir-restawr
tas-salini sabiex dawn jerġgħu jibdew jagħmlu l-melħ, r-restawr tal-Ximenes Redoubt u l-fougasse li jinstab fi
stadju avvanzat, il-bini mill-ġdid
ta’ tliet strutturi (huts) li minnhom diġa telgħet waħda, u
r-riabilitazzjoni tal-bur mielaħ (salt marsh) u t-tindif tax-xagħri.
Ix-Ximenes
Redoubt se jintuża bħala Ċentru għall-viżitaturi. Ser issir mina taħt l-art
minn dan iċ-ċentru sabiex il-viżitaturi jkunu jistghu jmorru jaraw is-salini
mingħajr periklu. Is-Salini ser jerġgħu jitħaddmu sabiex issir
il-produzzjoni tal-melħ li ser jinżamm f’żewġ ħuts minn 3 li qed jinbnew
fl-injam, bit-tielet hut tintuża bħala musew dedikat għall-ħsad tal-melh.
Dan
il-proġett hu parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt L-Fond Agrikolu
Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 – L-Ewropa tinvesti f’Żoni Rurali.
Ix-xogħlijiet mistennija li jitlestew sa’ l-aħħar ta din is-sena u l-proġett
ser jiswa madwar 7 miljun ewro.
L-għan
tal-proġett hu li ġaladarba x-xogħlijiet jitlestew, is-Salini titqies bħala
destinazzjoni turistika li tinforma it-turist kemm lokali u kemm barrani fuq
il-potenzjal li joffri dan is-sit mill-aspett naturali, kulturali u
arkeologiku. Il-proġett tas-Salini se jkompli jtejjeb il-prodott
turistiku tagħna f’din in-naħa ta’ Malta li b’dan il-proġett u oħrajn li qed
isiru din il-parti se tingħata spinta kbira ‘l quddiem. F’Dan l-inħawi qed
issir ir-riabilitazzjoni tal-Magħtab biex tinbidel f’Park, qed isir Aquarium
fil-Qawra, filwaqt li estendejna l-park tas-Salini u nfetaħ Bird Park fl-inħawi
tas-Salini.
No comments:
Post a Comment