Showing posts with label Simshar. Show all posts
Showing posts with label Simshar. Show all posts

Aug 11, 2008

Ezempju ta' solidarjeta'

It-traġedja li laqtet lill-persuni li kienu fuq il-lanċa tas-sajd Simshar għadha fuq fomm kulħadd. Disgrazzja kbira li ħalliet ferita fost il-familjari tal-vittmi ta’ din id-disgrazzja kif ukoll fost il-komunita’ ta’ sajjieda Xlukkajri.

Kif diġa kelli okkazjoni ngħid, minn din it-traġedja hemm x’wieħed jitgħallem, mhux l-anqas l-ezempju ta’ solidarjeta’ li taw is-sajjieda hekk kif ġew iffaċjati b’dizgrazzja kbira. B’sodisfazzjon ngħid li issa li għaddew ftit jiem mhux ħazin minn din id-dizgrazzja, dawn l-atti ta’ solidarjeta’ għadhom ma ntemmux u kien ta’ pjaċir għalija li l-bierah filgħodu zort lil wieħed mis-sajjieda veterani f’Marsaxlokk, Toni Carabott li kien għaddej b’maratona ta’ rbit ta’ snanar bl-iskop li jinġabru fondi għall-familjari tal-vittmi tas-Simshar. Wara li zort lil Toni, mort ukoll inzur lil Simon Bugeja li qed jirkupra d-dar.

Irrid infakkar li l-Ministeru, flimkien maz-zewġ Koperattivi tas-Sajd ewlenin, niehda fond fejn wieħed jista’ jgħin lill-familjari tal-vittmi ta’ din id-dizgrazzja. Il-kontijiet bankarji huma kif ġej:
Bank of Valletta plc Numru tal-Kont 40017401487; u
HSBC Bank Malta plc Numru tal-Kont 089020028050.

Il-ġest ta’ Toni huwa ta’ min ifaħħru, ghax permezz tieghu ngabru madwar €8,500. Il-Koperattivi tas-Sajjieda diga gabru bejniethom mal-€16,000. Dan hu s-sabiħ tal-poplu Malti. Poplu passjonali, li ma jiddejjaq xejn jargumenta fuq kollox. Pero poplu li f’mument ta’ diffikulta’ ssibu lest li jgħinek u jagħtik minn tiegħu.

Jekk għall-inqas nieħdu dan l-ezempju minn din id-dizgrazzja, nkunu qed naċċertaw li t-traġedja tas-Simshar ma seħħitx għalxejn.

Jul 20, 2008

It-Tragedja tal-familja Bugeja.

Dan il-weekend ma ninsih qatt. Nibqa niftakru bhala l-weekend ta' Simon Bugeja. Simon, l-uniku wiehed salva f'dik li probabilment hija l-akbar tragedja tas-sajjieda Maltin fl-ahhar mitt sena. Salva wara aktar minn sitt ijiem fuq il-bahar wara li splodiet il-lanca tieghu, izda spicca tilef lill-ibnu u lill-missieru, apparti zewg persuni ohra li kienu mieghu.

Tragedja kbira. Aktar u aktar meta, kif jafu l-kumplament tas-sajjieda, il-lanca ta' Simon, bl-isem Simshar, kienet mghammra b'kollox. Simon kien fitt hafna fuq il-lanca u dejjem iffissat biex jixtri l-ahjar equipment specjalment dak ghal safety. Izda hekk kellu jkun !

Lil Simon sirt nafu sena ilu, dakinhar stess tal-ftuh ufficjali tal-hardstanding facility f'M'Xlokk. Niftakar sew lill-martu Sharon tghidli kemm kienet ferhana ghax issa mhux se ttertaq aktar qalba biex itellghu l-lanca l-art, kif kienet taghmel qabel. Mur ghidilha dakinhar kif kellha tispicca l-lanca taghhom madwar sena wara !

Mort l-isptar il-Gimgha bil-lejl meta wasluh bil-helicopter l-isptar Mater Dei. Il-bierah u llum ergajt mort, illejla flimkien mal-Prim Ministru. Mill-gimgha sa llum ghamel titjib fiziku kbir, izda huwa evidenti li ghadda minn trauma kbira. Martu Sharon il-hin kollu mieghu.

F'din l-istorja kerha, impressjonajt ruhi bis-sens ta' solidarjeta' qawwija bejn is-sajjieda. Kienu hafna li taw semhom biex johorgu ifittxu l-lanca fl-ahhar gimgha. Dan is-sens ta' comradeship ghandu jkun ta' ezempju ghall-kumplament tal-komunita' maltija.