Sep 22, 2007

Il-gallerija tal-injam - nharsu l-identita' taghna.


Dalghodu fi press briefing gewwa s-Siggiewi habbart li l-iskema ta' ghajnuna mill-MEPA għall-manutenzjoni jew tibdil ta’ gallariji ta’ l-injam ser tkun estiża għaz-Zoni ta' Konservazzjoni Urbana tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Wieħed jista’ jivverifika dan fuq il-Pjan Lokali fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tiegħu inkella juza l-Map Server fuq il-website tal-MEPA http://www.mepa.org.mt/Planning/index.htm

Sa llum kellna biss 15-il lokalita' f'Malta u Ghawdex li kienu ntitolati biex ir-residenti tal-lokalita' jiehdu ghajnuna fuq galleriji tal-injam.

Ir-residenti jistgħu japplikaw sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja li tkopri 60% ta’ l-ispejjeż, liema ghajnuna ma tistax taqbeż is-Lm600. Il-flus jistgħu jintużaw !. għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni, 2. biex gallariji li fil-passat kienu saru tal-aluminium jew ġebel, jinbidlu ma’ oħrajn tradizzjonali ta’ l-injam ġodda., jew 3. biex tinbidel gallerija tal-injam li qeghda fi stat hazin ma' wahda gdida.

L-iskema mhux ser tkun means-tested, jiġifieri jista’ jibbenefika minnha kulħadd irrispettivament mid-dħul finanzjarju tiegħu.

Nemmen li dan huwa pass iehor 'l quddiem biex inharsu l-wirt arkitettoniku u l-ambjent tal-irhula u l-villaggi taghna.

Irrid nghid li kif kellimt lil Tonio Fenech fuq din l-inizjattiva mill-ewwel qalli iva u wieghed li l-Ministeru tal-Finanzi jsostni l-budget tal-MEPA biex jaghmel tajjeb ghal din in-nefqa hekk kif inkunu nafu kemm persuni se jikwalifikaw.

1 comment:

Adrian said...

Ghaziz George,

I am glad the scheme is now covering the Sliema area as well. It is surely needed.

May I suggest to MEPA to create a similar sheme for the old wooden 'Bieb ta' Barra' - another local identity which is being lost.

Keep posting,
Adrian