Sep 21, 2007

Katidral li qed jerga jiehu r-ruh !


Dalghodu attendejt il-quddiesa fil-Kon-Katidral ta' San Gwannli tigi organizzata kull sena f'Jum l-Indipendenza. Waqt il-quddiesa qghadt nammira ix-xoghol ta' restawr li ghaddej fil-Katidral. Numru ta' kappelli u navi diga gew restawrati u diga jispikkaw fuq il-kumplament. L-indurar bid-deheb li qed isir mill-esperti Taljani, qed jibda jhiddi u bilfors jolqotlok l-ghajn.

Sfortunatament ghal hafna snin dan il-gojjell, li nbena mill-Kavallieri fuq disinn tal-perit Gerolamo Cassar, thalla ghal riehu u ma sar xejn fih. Izda minn mindu twaqfet il-Fondazzjoni nbeda programm qawwi ta' restawr bl-ghajnuna kbira anke tal-Gvern Taljan.

Interessanti wiehed jinnota li hemm tixbih qawwi bejn il-faccata tal-Kon-Katidral ta' San Gwann u l-faccata ddisinjata minn Michelangelo ghal Basicilka ta' San Lorenzo gewwa Firenze, liema faccata qatt ma saret. Il-kittieb tal-arkitettura u l-mibki perit Leonard Mahoney kien kiteb "Cassar's knowledge of the exact measures of Michelangelo's works is probabely due to Laparelli who was Michelangelo's trusted assistant on the fabric of St. Peter's in Rome."

Waqt il-quddiesa gieni hsieb iehor. Kemm ghandna bzonn nirrestawraw il-Palazz tal-GranMastru. Sfortunatament mautul is-snin saru hafna nterventi fih li faqru lil dan il-Palazz. Hemm bzonn li l-Parlament insibulu post iehor halli nkunu nistghu naghmlu l-interventi ta' restawr tant mixtieqa u naghtu lil pajjizna mill-gdid dan il-gojjell biex jitgawda fl-ahjar tieghu.

2 comments:

Unknown said...

Proset ta-kummenti sbieh tieghek. Din l-ahhar fasi ta' tindif tal-arkati kienet ila tigi ippjanata mill-Fondazzjoni ta-Konkatidral ghal dawn l-ahhar sentejn u din qed issir issa bi flus tal-Fondazzjoni stess. Mat-Taljani hemm numru ukoll ta restawraturi ikkwaifikati Maltin. Hafna mid-deheb ghadu dak originali li qed jigi imnaddaf izda fejn nieqes qed issir l-induratura skond it-teknika partikulari utilizzata f'kull kappella.

Victor Rizzo said...

Bdejna bil-kappella ta' l-Italja. Importanti li jsiru miri ghall-kappelli l-ohra. Ir-restawr f'San Gwann qieghed f'idejn tajba.