Sep 15, 2007

Mejjet biex immur !


Dan il-weekend f'Parigi ghandu jiftah muzew interessanti, il-Muzew tal-Monumenti fi Franza. Il-muzew li jiprezentalek 800 sena ta' arkitetttura fi Franza se jkun fil-Palazz Chaillot hdejn l-Eiffel Tower.

Il-wirja hija mifruxa fuq madwar 8,000 metru kwadru u tinkludi kopji ta' faccati ta' katedrali, monumenti u arkitettura mill-hdax-il seklu sa llum. Id-direttur tal-Muzew skond bbc-news qal "We didn't want any break between old and modern."

Dinl-wirja tinkludi mudell ta' apartament futuristiku mibni minn Le Corbusier f'Marsilja, liema apartament huwa meqjus bhala masterpiece.

Il-progett ta' dan il-muzew imsejjah - Belt tal-Arkitettura, kien thabbar fl-1994 izda kemm minhabba dewmien kif ukoll minhabba zieda mill-ispejjez originali (hi x'arukaza, mela mhux Malta biss jigru dawn l-affarijiet !) dam biex jitlesta sa issa. Il-wirja b'kollox giet tqum madwar 80 Miljun Euro.

Laqtitni hafna l-grafika tal-website ta' dan il-muzew. Nissuggerilek li tarha fuq: http://www.citechaillot.fr/

Biex inkun onest mejjet biex naqbad ajruplan u mmur Parigi ha narah dan il-muzew ! Fadalli x'nistenna imma.

1 comment:

Jacques René Zammit said...

Merhba fid-dinja tal-ibbloggjar!