Sep 24, 2007

Il-futur f'idejna !

Ghadni kemm wasalt New York ghas-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti li ser isir ghada t-Tnejn, dwar il-Tibdil fil-Klima. Originarjament kien mistieden il-Prim Ministru izda minhabba mpenji ohra gejt mitlub nattendi jien minfloku.

Probabilment se ndum nivjagga ‘l hemm u ‘l hawn aktar milli se ndum hemm ! Tlaqt il-Hadd filghodu, nasal NY fil-5.30pm (effettivament xi l-11.00pm hin ta’ Malta) u nibda l-vjagg lura t-Tlieta fil-5.00pm, igifieri se nkun domt b’kollox 48 siegha NY.

Dan is-Summit li ssejjah mis-Segretarju tan-NU, Ban Ki-moon, huwa ntiz biex igib progress lejn ftehim globali dwar tnaqqis definit fil-konsum tal-energija, liema ftehim suppost li jiehu spinta fil-laqgha li se ssir f’Bali f’Dicembru li gej.

Ir-rapport mahrug minn grupp ta’ madwar 300 espert (maghruf ahjar bhala l-IPPC) aktar kmieni din is-sena wera bic-car li l-bdil fil-klima mhijiex kumbinazzjoni, jew process naturali izda definittivament huwa mahluq mill-attivita qawwija tal-bniedem.

F’rapport iehor mahrug minn team immexxi mill-ekonomista Stern, ghall-ewwel darba wera bic-car li l-prezz ekonomiku li jkollha thallas id-dinja, jekk ma taghmel xejn biex tindirizza din il-problema, se jkun ferm aktar mill-prezz li trid thallas id-dinja illum biex taghmel il-bidla fil-konsum u t-tip ta’ konsum ta’ energija.

Ovvjament il-cameras tal-media mhux se jkunu ffukati fuqi izda fuq il-mexxejja l-kbar bhal President Franciz Sarkozy, il-Kancillier Germaniz, Angela Merkel, u l-PM Taljan, Romano Prodi u ohrajn ! Ghalhekk toqghodx taqla ghajnejk biex tarani fuq l-SkyNews jew BBC ! Bhas-soltu il-presenza taghna mhux se tbiddel il-konkluzzjoni imma madankollu mportanti li nkunu prezenti u nsemmu lehinna anke dwar l-effett fuq gzejjer zghar.

Fuq kollox ma rridux ninsew li kienet Malta fl-1989 li l-ewwel darba poggiet fuq l-agenda tan-NU l-issue tal-bdil fil-klima.

1 comment:

Anonymous said...

Sellili ghal Ahmedinejad jekk tarah... Ghidlu li minghajr l-intervent siewi tieghu fuq ix-xena politika internazzjonali, il-prezz taz-zejt x'aktarx jinzel u l-pajjizi li juzawh l-aktar ma jibqghux iharsu lejn u jinvestu f'teknologiji alternattivi biex jiggeneraw l-energija taghhom!