Dalghodu attendejt id-Djalogu li l-PN organizza fi Gnien l-Indipendenza f'Tas-Sliema. Bhas-soltu tkellem il-Prim Ministru. Huwa sahaq l-aktar fuq kif l-ekonomija qed tirranka ghax qed nibdew nahsdu l-frott tad-decizzjonijiet ghaqlin li saru fl-ahhar snin. Qal li l-budget li jmiss irid jitraduci dan it-titjib ekonomiku f'titjib aktar dirett ghal familji.
Kien hemm ukoll zewg interventi tajbin hafna ta' Louis Galea u Tonio Fenech. L-aktar punt li laqatni mill-intervent ta' Louis kien li l-ghalliema fil-kindergarten issa bilfors irid ikollhom degree ghax dawk l-ghalliema huma determinanti fl-ewwel snin tal-formazzjoni tat-tfal. Punt ovvju izda forsi mhux dejjem forsi rriflettejna fuqu. Tonio Fenech sostna li l-akbar certifikat fuq l-istat tal-ekonomija maltija bhalissa tah din il-gimgha l-Fond Monetarju Internazzjonali IMF li qal li l-ekonomija qed tirranka izda rridu nkomplu nsiru aktar kompetittivi.
L-attendenza kienet tajba. Ghamilt siegha u nofs f'xemx tizreg ! Fejn kont jien ma kienx hemm dell. Imma kienu worth it.
2 comments:
naqbel mieghek. kien diskors tajjeb hafna. alavolja kien hemm ix xemx in-nies li l-aktar kienu anzjani baqghu.
kien djalogu tajjeb hafna..spjega car il-vizjoni tal-gvern ghal pajjiz
Post a Comment