Il-produzzjoni ta' llejla hadmu fiha atturi zghazagh mmexxija b'hegga kbira bhas-soltu minn Martin Gauci, li sar sinonimu mad-drammi li din l-ghaqda ttella fil-Gharghur specjalment fil-Gimgha Mqaddsa. Hadt gost li llejla kienu prezenti ukoll bhala udjenza l-atturi aktar stabbiliti li hadmu fl-istess produzzjoni fit-Teatru Manoel, li bil-presenza taghhom biss ukoll taw support morali qawwi lil dawn l-atturi anqas celebri.
Il-kitba tal-produzzjoni hija tal-aqwa kwalita' u jien u nisma d-djalogu ghidt bejni u bejn ruhi - kemm hi sabiha l-lingwa maltija meta tkun espressa b'pinna meqjusa. Joe Friggieri irnexxielu jinseg il-prezent mal-passat biex johrog il-karattru ta' Michelangelo Merisi minn Caravaggio, dak il-genju tal-arti li kellu hajja mqallba hafna. Michelangelo li minkejja li ghex 39 sena biss ta lill-Italja u lil pajjizna bosta kopolavuri ta' arti barokka u jibqa msemmi l-aktar ghal mod drammatiku li uza l-chiaroscuro.
3 comments:
Hajr tal-prezenza tieghek fostna u tas-sapport! Wara xhur ta' hidma tintebah li ghallinqas issib min japprezza u li l-gharaq u t-tbatija ihallu l-frott!
Grazzi tal-prezenza u s-sapport li tghajtna waqt il-prezentazzjoni mid-Dwal Godda ta Caravaggio l-inkjesta, jien wiehed mil-atturi u naf kemm tkun ta importanza ghalina il-prezenza tieghek u ta nies bhalek, ahna forsi fqar fir-rizorsi imma kbar fil-qalb u fl-apprezzament . Grazzi mill-gdid u jalla nergaw narawk ghall-prezentazzjoni originali tal-gimgha l-kbira.
Anki jien, u jinghaqdu mieghi il kumplament ta' shabi 'l'imqarbin', kif ihobb jghajtilna Martin id-direttur, naghtuk hajr ghal presenza tieghek fostna u tal kliem sabih li ghogbok tikteb fuqnha. Din kienet l-ewwel esperjenza tieghi bhala attur, u il presenza u il kummenti tieghek u ta' nies ohra ta' certu fama jaghtuna kuragg kbir.Grazzi tassew!
Post a Comment