Jan 26, 2008

L-esperjenza Taljana ghanda tghallimna !

Il-ġrajjiet ta’ l-aħħar jiem fl-Italja, li wasslu għall-waqgħa tal-Gvern immexxi minn Romano Prodi, ġegħluni nirrifletti. Kien hemm numru ta’ raġunijiet li wasslu għal din il-krizi, pero zgur li waħda minnhom kienet is-saħħa zejda li ngħatat lill-partiti z-zgħar permezz tal-liġi elettorali li kien approva l-Gvern ta' Berlusconi.

Dan wassal sabiex il-maggoranza ta' Prodi kien ffurmat minn numru kbir ta’ partiti li ħafna minnhom sabu posthom fil-Parlament minkejja li kellhom persentaggi zgħar. Il-Gvern li jifforma parti minnu fl-Italja waqa’ minħabba s-saħħa li ngħataw il-partiti z-zgħar u li ħolqu instabbilta’. Fost il-partiti li kienu qed jaghtu l-appogg lil Prodi insibu lill-Hodor, li wiehed mid-deputati taghhom huwa Arnold Cassola.

Issa li l-Gvern tac-centru xellug ta' Prodi waqa, hemm insistenza kbira li jigi ffurmat gvern provizorju li jiehu hsieb jibdel il-ligi elettorali halli jbiddel din is-sitwazzjoni halli eventwalment kwalunkwe gvern ikollu aktar stabbilita' u sahha ta' governabilita'.

Hawn Malta hawn minn irid li l-partiti z-zghar li jgibu persentaggi zghar fl-elezzjoni jkunu raprezentati ukoll fil-Parlament taghna. Fost dawn insibu lil Arnold Cassola stess.

Filwaqt li jien favur aktar partiti fix-xena politika, nahseb li l-esperjenza ta’ l-Italja għandha tgħallimna li l-partecipazzjoni ta' partiti zghar fi Gvern iggib instabbilita' kbira. L-Italja hi l-aktar pajjiz li kellha gvernijiet minn wara l-Gwerra ‘l hawn u dan għaliex kellhom sistema elettorali li tat saħħa sproporzjonata lill-partiti z-zgħar. Meta t-Taljani emendaw il-liġi kellhom gvern, dak ta’ Berlusconi ta’ bejn l-2001 u l-2006 li dam leġislatura sħiħa!

Imma mbaghad gara li meta Berlusconi xamm li se jitlef, biddel il-ligi halli jekk jitla Prodi itelliflu s-sahha tal-Gvern tieghu halli ma jkollux hajja twila. U hekk gara !

2 comments:

Jacques René Zammit said...

Interessanti din. U naqbel li hemm hafna x'nitghallmu mill-esperjenza taljana. Però nahseb li hemm punt importanti li qed tinjora u dan huwa s-segwenti.

Wiehed jittama li l-elettorat taljan issa jitghallem mill-lezzjoni li suppost ha dan l-ahhar (avolja ilu sittin sena jipprova jitghallem min lezzjonijiet simili). Id-differenza bejn l-elettorat taljan u dak malti hu li filwaqt li l-ewwel wiehed ghandu dritt mhux biss li jitghallem imma anki li jizbalja (jekk joghgbok issejjah l-uzu tal-vot bhala zball) it-tieni ma ghandu l-ebda ghazla.

GHaliex? Ghax filwaqt li t-taljan jaf li jista' jelegi l-membri parlamentari tieghu b'mod proporzjonali fil-parlament dak malti ma ghadnxu dik l-ghazla. Dik l-ghazla iccahditlu mill-gvern nazzjonalista b'komplicità tal-oppozizzjoni laburista meta b'vot unanimu fil-parlament ghamluha prattikament impossibbli li jkun hemm partit iehor.

Ghalxejn inhambqu fuq tghalim, u poplu intelligenti jekk ma nirrispettawx l-intelligenza tieghu. It-tbaghbis ta' Berlusconi huwa tbaghbis meskin daqs kemm kienet meskina (biex ma nghidx fahxija) il-mossa tal-MLPN fir-riforma elettorali recenti.

Qabel ma jkun hemm kwota fuq bazi nazzjonali sabiex partit li jgib - ejja nghidu 4% tal-vot (figura tista tinbidel imma l-principju hemm qieghed) - ghalxejn nilghabuha tal-ghorrief u nosservaw gvern koalizjoni li jaqa (apparti ma nifhimx x'ghandu x'jaqsam li fil-koalizjoni kien hemm Arnold ma' l-argument).

Allura meta rridu insemmu kemm huma kapaci jahdmu pajjizi zghar fl-Ewropa u imbaghad f'kwistjoni ta' gvern multipartitarju ninjoraw ir-realtà soda tal-gvern Lussemburgiz per ezempju? Gvern ta' koalizjoni incidentalment.

Fl-ahhar mill-ahhar lili ma jinteressanix jitilghux fil-parlament l_AD jew le. Ma nhossnix ahdar fis-sens ta' partitarju tal-AD (u ma nixbax nghidha din). LI ma nissaportix hu li partit ihossu bizzejjed "above the law" li jiddeciedi jannulla kull effett tal-vot tieghi.

Meta n-nies inghataw ic-cans jivvutaw b'mod effettiv u b'garanzija li 20,000 vot ma jintremewx grazzi ghall-gerrymandering tas-seklu wiehed u ghoxrin urew li hemm bizzejjed interess fil-kambjament.

U din it-taghlima hadd ma jaghti kasa?

NOTA TEKNIKA: il-link provdut mill id tieghi ma huwiex tajjeb. Bloggti jinstab hawn: http://jaccuse.wordpress.com

Mark Vella said...

Giorgio caro,

dak li harbat il-gvern ta' Prodi kien sehibkom Demokristjan, li jahdem bhalkom bil-pjaciri lid-distrett li jtellghu.

Forsi tista' tiddiskuti l-ezempju tal-multpartitizmu fil-Lussemburgu (u li jiftahru bih u jirreklamawh huma stess), pajjiz li incidentalment semmejtu u fahhartu milux f'laqgha pubblika.

Insellimlek
Mark