Bhal llum 60 sena ilu, fl-10 ta’ Diċembru tal-1948, fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li ltaqgħet f’Pariġi, ntlaħaq qbil fuq Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. Bosta jqisu din id-Dikjarazzjoni bhala l-akbar kisba tas-seklu għoxrin.
Jien naqbel ma’ min isostni li s-sigriet tas-suċċess tad-Dikjarazzjoni ta’ sittin sena ilu hija s-sempliċita’ tagħha. Dikjarazzjoni ċara li telenka d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u saħansitra titkellem ukoll dwar drittijiet f’oqsma bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni.
60 sena wara dik id-Dikjarazzjoni, it-tema tad-drittijiet tal-bniedem ghadha attwali ferm. F'bosta partijiet tad-dinja il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ghadu xi haga ta' kuljum. Bosta nies ghadhom imzebilha u umiljati f'pajjizi fejn id-dittatura jew kwazi dittatura ghadha tirrenjaw. Quddiemna ghadna naraw kazijiet fiz-Zimbabwe, ic-Cina, Cuba u bosta pajjizi tal-Amerika t'Isfel u ohrajn. Jiddispjacini ninnota ukoll li f'pajjizi li kienu xempju tal-harsien tad-drittijiet tal-bniedem, bhal Istati Uniti, inghataw ezempji hziena bl-uzu ta' metodi addottati f'habs bhal dak ta' Guantanamo.
Nemmen li r-rispett uman għandu jkun fil-qofol tal-azzjonijiet kollha tagħna. Il-mibki Papa Ġwanni Pawlu II kien ddeskriva din id-Dikjarazzjoni bħala "waħda mill-aqwa espressjonijiet tal-kuxjenza umana ta’ zminijietna". Forsi wasal iz-zmien li kif qalet dan l-ahhar Rita Levi-Montalcini, li rebhet il-premju Nobel fl-1986, nibdew nfasslu ukoll Dikjarazzjoni dwar id-Dmirijiet tal-Bniedem !
No comments:
Post a Comment