Nhar it-Tnejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, inkluz Malta, qablu ma’ proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex fuq perjodu ta’ 4 snin, mill-2009 sa’ tmiem l-2012, jitneħħew mis-suq b’mod gradwali l- bozoz tradizzjonali. Dan il-ftehim intlaħaq matul laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Enerġija fejn kont prezenti.
Meta jispiccaw minn fuq is-suq dawn il-bozoz tradizzjonali, hu stmat li fil-pajjizi kollha tal-UE se jsir tnaqqis ta’ madwar 15-il miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena, filwaqt li mistenni tiġi ffrankata enerġija fl-UE daqs kemm tikkonsma enerġija b’kollox kull sena r-Rumanija ! Il-proposta tal-UE xorta se tħalli għall-konsumaturi varjeta’ ta’ mudelli differenti ta’ bozoz energy-saving kif ukoll ta’ bozoz u lampi halogen li għandhom livelli ta’ effiċjenza għolja.
Tajjeb wiehed ifakkar li l-Gvern Malti fil-budget li għadda ħabbar li mis-sena d-dieħla se jkun qed jimplimenta l-wegħda elettorali li permezz tagħha kull familja f’Malta u Għawdex jingħataw bozoz energy-saving b’xejn skond id-daqs tal-istess familja. Fl-aħħar budget il-Gvern introduċa wkoll eko-kontribuzzjoni ta’ 25 ċentezmu fuq kull bozza tradizzjonali fi sforz biex jiskoraġġixxi l-uzu ta’ dawn il-bozoz.
Il-proposta tal-UE li bozoz inkandexxenti tradizzjonali jkunu rtirati mis-suq sal-2012, nemmen li se tkun mizura effettiva għax se tkun addottata mill-pajjizi kollha li jiffurmaw dan is-suq wiehed. Ma tistax tabolixxi prodott minn pajjiz li jifforma parti minn suq wiehed. Dan jghodd ukoll ghall-uzu tal-boroz tal-plastik. Hasra li f'pajjizna hawn min, bhal Kap tal-Opposizzjoni, ghad ma fehemx dan.
No comments:
Post a Comment