Fil-bidu tal-laqgha pprezentajtlu pittura tal-artist Malti, Luciano Micallef, li tikkommemora l-20 sena minn meta Malta introduciet quddiem l-Assemblea Generali tan-Nazjonijiet Uniti il-kuncett ta' “conservation of climate as part of the common concern of mankind”. Dik il-proposta eventwalment fl-1990 waslet sabiex titwaqqaf il-United Nations Framework Convention for Climate Change - UNFCCC, li sa llum tibqa l-pedament tal-istrategija biex jigi limitat t-tibdil fil-klima. Mieghi ghal-laqgha kien hemm ukoll l-Ambaxxatuer Malti ghat-Tibdil fil-Klima, Michael Zammit Cutajar li sa ftit tas-snin ilu kien ukoll is-Segretarju Ezekuttiv tal-UNFCCC.
Hekk kif ipprezentajtlu l-pittura kien pront qalli "I will cherish this painting". Meta poggejna mill-ewwel spjegali li hu jqis li l-vizjoni ta' Malta 20 sena ilu kienet verament fenominali, meta tqis kemm li idea daqstant importanti giet minn pajjiz zghir. Irringrazzjani ukoll ghal fatt li pajjizna ddecieda li jibda l-process biex Malta tissieheb f'Annex 1 tal-Konvenzjoni. Qalli li d-decizzjoni hija wahda kuragguza ghax ghalkemm mhux se jizdiedu l-obbligi fuq pajjizna, din hija dikjarazzjoni cara ta' commitment aktar b'sahhtu minn pajjizna favur il-glieda kontra t-Tibdil fil-Klima.
Waqt il-laqgha ghedtlu li laqatni l-kumment li kien ghamel aktar kmieni fejn kien accenna ghal fatt li hu jemmen li l-krizi finanzjarja tal-mument tista tigi meghluba billi fost affarijiet ohra l-Gvernijiet jinvestu f'teknologiji aktar nodfa u b'hekk idawru din il-krizi f'opportunita' ta' zvilupp sostenibbli.
No comments:
Post a Comment