Mid-diskussjoni tal-programm rega harget ukoll ċara d-differenza ta’ kif il-partiti f’Malta jmexxu l-politika taghhom. Għandna Gvern li qed jippreżenta abbozz ta’ strateġija mħejjija minn nies tekniċi, li ma ntaghzlux minhabba l-kulur politiku taghhom imma ghall-kompetenza taghhom. Dawn hejjew strateġija li qed tipproponi primarjament li nisfruttaw l-energija li nistghu niehdu mill-iskart, inkluz billi 20% tal-iskart taghna jmur f'inceneratur minflok ma jintrema go landfill.
Minn naha l-ohra nsibu lil PL u lil AD li jikkompetu bejniethom min se jbezza l-aktar u min minnhom se jizra l-aktar dubji. Il-Gvern mexa b’apertura u trasparenza sħiħa tant li qabel ma nħarġet għal perijodu ta konsultazzjoni pubblika din l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart lil Leo Brincat tajnih preżentazzjoni ddettaljata. Dan juri kemm il-Gvern għandu bieb miftuħu m’għandu xejn x’jaħbi.
Waqt il-laqgħa li saret ma' Leo Brincat offrejtlu li f’każ ta' kull mistoqsija l-bieb hu dejjem miftuħ u jkun jista’ jingħata t-tweġibiet kollha minn naħa wkoll tan-nies tekniċi li kulħadd jaf min huma, ghax isimhom ghamilnih pubbliku.
Sfortunatament din l-apertura u t-trasparenza minn naħa tal-Gvern mhux qed tiġi reċiprokata mill-Partit Laburista. Meta tlabt lil Leo Brincat jghid min huma n-nies teknici li appuntaw fuq it-team tekniku taghhom, irrisponda "Ma tarax, halli taghmlulhom vendikazzjoni !". Kont nittama li l-pajjiz wara dak li gara fuq Sant'Antnin immatura u mhux se jerga juza din il-materja tant mportanti bhala ballun politiku. Sfortunatament jidher li kont zbaljat !