Showing posts with label mepa. Show all posts
Showing posts with label mepa. Show all posts

Sep 6, 2013

Birkuha issa l-“fabrika tal-kancer”

Il-Gvern il-bierah talab lill-MEPA tawtorizzah ikompli juza l-MEPA Heavy Fuel Oil (HFO) fil-power station tal-BWSC sa Marzu 2014.  Il-MEPA kif kien mistenni tat l-approvazzjoni taghha minghajr problemi, hlief ghall-opposizzjoni tal-membru tal-Opposizzjoni fuq l-istess Bord tal-MEPA, Ryan Callus.  Jien u Ryan Callus sostnejna f’isem l-Opposizzjoni li l-Gvern ghandu jonora l-weghda solenni li kien ghamel qabel l-elezzjoni. Tajjeb wiehed ifakkar li Joseph Muscat f’Dicembru 2011, kien qal li jekk il-Labour ikun fil-Gvern, immedjatament jieqaf juza l-Heavy Fuel Oil u jibda juza d-diesel.   Joseph Muscat u shabu ghamlu xhur shah qabel l-ahhar elezzjoni jghidu li din il-power station hija “fabrika tal-kancer” minhabba l-uzu tal-HFO.  Ta’ min ifakkar ukoll li l-BWSC power-station tista tuza kemm bil-Heavy Fuel Oil kif ukoll bid-Diesel. Issa dan kollu nsewh u huma marru kontra l-weghda taghhom stess. 
 
Ta’ min ifakkar li meta l-MEPA harget l-IPPC permit f’Dicembru 2012, il-permess necessarju sabiex jkun jista’ jopera l-impjant, din kienet stipulat li l-HFO ikun jista jintuza biss sal-ahhar ta’ Gunju 2013 u sa dakinhar iridu jkunu prezentati rizultati ta’ moniteragg tal-arja.  Sa llum minn data pubblika mill-website tal-istess Enemalta jidher car li l-emisjonijiet mill-stacks ta’ din l-estensjoni fil-maggorparti l-kbira kienu dejjem taht il-limitu stabbilit mill-istess MEPA.   Din hija pprova li l-Partit Laburista kien zbaljat meta kien ikkundanna dn l-impjant qabel dan beda biss jopera !  
 
Il-fatt li ma zammx kliemu juri bic-car  jew 1) li dak li kien qed jghid kien zbaljat u qarrieq, kif kien jghidlu l-Gvern Nazzjonalista, inkella 2) li Joseph Muscat huwa rresponsabli li jestendi l-uzu tal-HFO u b’hekk allegatament “ipoggi fil-periklu s-sahha tal-poplu” biex ma jghollix l-ispiza tal-operazzjoni tal-power station. Huwa car li Joseph Muscat u shabu mmuntaw kampanja ta’ qerq biex ibezzghu lill-poplu u issa qed jinsew il-weghdi li ghamlu b’tant solennita’ lill-poplu Malti.  
 
Din id-decizzjoni ttiehdet proprju fil-gimgha tal-gimgha ta’ attivitajiet li l-Ministru Leo Brincat qed jorganizza biex suppost igib ‘l quddiem il-kwalita’ tal-arja.  Il-Ministru Brincat u shabu ghal darb’ohra qed juru li d-diskors taghhom huwa biss arja shuna u xejn aktar.  Il-Ministru Brincat kien jirbah biss kredibilita’ kieku nsista ma’ shabu biex l-uzu tal-HFO li skond hu kien ta hsara ghall-poplu Malti jieqaf jintuza b’mod immedjat.  Jidher car li l-kampanja kontra l-uzu tal-HFO kienet biss kampanja biex tisraq il-voti ghax mibnija fuq il-biza u l-emozzjoni tal-poplu u sabiex tiggustifika l-ghagla ghal power station li tahdem bil-gas.

 

Apr 19, 2013

Land reclamation

Irrid nghid mill-bidu li bhala principju mhiniex kontra land reclamation.  Izda wiehed bilfors irid jghid li l-istudji kollha li saru sa llum jindikaw li ghandna limitazzjonijiet kbar ghall-attivita’ bhal din.  Studju kkummisjonat mill-MEPA fit-2004 lill-kumpanija maghrufa Carl Bro kien stabbilixxa li progetti ta’ land reclamation specjalment biex tinholoq xi gzira mhumiex ekonomikament viabbli, apparti li ma ghandniex il-volumi ta’ materjal biex jaghmilha possibli.  Wiehed irid jiftakar il-fond tal-bahar li ghandna u r-rata ta’ generazzjoni ta’ skart tal-kostruzzjoni. Ghal pajjizna, progett ta’ reklamazzjoni tal-art mill-bahar jaghmel sens sostenibbli aktar jekk il-progett johloq facilita halli l-materjal nadif ta’ skavar jinghata uzu. Li ngibu l-materjal minn barra halli jinholqu l-gzejjer jista’ jaghmel il-progett anqas vijabbli. 
 
Dan ir-rapport kien studja ukoll b’mod preliminari sitt siti madwar Malta.  Eventwalment gie kkummissjonat studju iehor minghand il-kumpanija Scott Wilson biex tistudja f’aktar dettall zewg siti minn dawn is-sitta.  Zewg siti  mal-kosta fejn land reclamation jista jkun possibli u saru wkoll pre-feasibility studies.  Iz-zewg siti kienu barra l-Maghtab u barra l-kosta tax-Xaghjra.  
 
Land reclamation matul il-kosta ta’ Bahar ic-Caghaq kien eskluz ghal ragunijiet ekologici anke jekk mill-aspett ekonomiku din kienet l-aktar wahda viabbli.  Progett ta’ land reclamation matul il-kosta tax-Xghajra kien indikat li jigi jiswa bejn €250 and €440 miljun.
 
Issa rrid nghid li matul l-ahhar xhur tal-Gvern kienet giet proposta biex tinbena marina ezatt barra l-kosta ta’ fejn kien hemm il-Jerma Hotel. U biex fuq l-art reklamata jinbnew numru mdaqqas ta’ vilel.  Fil-principju ma konniex kontra izda lill-izviluppaturi kien intqal “morru ghand il-MEPA u ghamlu l-istudji kollha necessarji.”  Wiehed irid ovvjament jistudja l-impatt fuq il-kosta u l-ekologija u l-ambjent tal-bahar. Wiehed ma jridx ikun entuzjast izzejjed.  Hemm limitazzjonijiet realistici. Wiehed ghandu jimxi b’kawtela.  
 
Il-Gvern tal-Labour ilu kommess b’mod apert favur riklamazzjoni tal-art imma qatt ma ta xi dettalji ta’ x’irid li jsir.  Issa l-Prim Ministru talab lil kull min ghandu xi proposti f’din il-linja biex javvicina lill-gvern.  Ghandi feeling li din tar-riklamazzjoni tal-art hija marbuta maz-zjara sigrieta li numru ta’ kuntratturi kienu ghamlu flimkien ma’ delegazzjoni tal-istess Partit Laburista f’Dubai ftit tas-snin ilu.  F’Dubai saru l-famuzi Palm Islands.  Imma wiehed irid jiftakar li l-bahar hemmhekk huwa fond biss madwar 12-il metru u huwa ramel.  Fil-kaz taghna hekk kif thalli l-kosta hafna drabi l-fond jitla ghal 50 metru jew aktar u l-ekologija hija ferm aktar sensittiva.
 
Ta’ min isemmi illi l-Gvern Nazzjonalista irnexxilu jpoggi r-reklamazzjoni tal-art fil-prattika meta tul dawn l-ahhar 10 snin irreklama art li kienet sparpaljata fil-passat, barrieri, mizbliet, ecc u radd lura din l-art ghal uzu rekreattiv, agrikolu, industrijali, ecc.

Jun 15, 2012

Il-karkassa tal-iljun

Aktar ma jgħaddi ż-żmien sfortunatament aktar nikkonvinci ruħi li l-Onor. Leo Brincat għadu mwahhal mas-sistemi tal-passat tal-Labour.  Minflok persuna li kapaci jiproponi għadu persuna li mohhu biss biex jiżra l-biża u d-dubji.  Hekk għamel fil-passat fuq is-sħubija ta’ Malta fl-UE. Hekk għamel fuq l-impjant ta’ Sant’Antnin, u hekk ilu jiprova jagħmel fuq l-inceneratur tal-Marsa.  Dakinhar taż-żjara tal-Kummissarju tal-UE għat-Tibdil fil-Klima mar jiprova jagħmel media stunt ħdejn dan l-inceneratur.  Staqsa jekk hux qed issir importazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali mill-Afrika ta’ Fuq.  Staqsa miskin imma b’ton ta’ affermazzjoni.

L-allegazzjoni tiegħu ġiet investigati mill-MEPA u ma nstab xejn irregolari jew xi nitfa’ verita’ f’dak li allega.  Leo Brincat jaf li minkejja li ma nstab xejn il-Gvern xorta waqqaf  bord ta’ investigazzjoni indipendenti, pero minflok ma juri fiduċja f’dan il-bord immexxi minn ex Maġistrat u jħallih iwettaq xogħolu, xorta jibqa’ għaddej ifajjar l-allegazzjonijiet.

Brincat, bħal Labour, jemmen fl-indħil politiku u allura m’għandux fiduċja fix-xogħol tal-istituzzjonijiet indipendenti ta’ pajjiżna.  Jemmen ukoll fit-tfigħ tat-tajn.  Leo Brincat mhux lest jammetti li żbalja, jew li probabli kkwota minn korrispondenza interna tal-MEPA b’mod żbaljat.  Il-fatti, kif stabbiliti mill-investigazzjoni tal-MEPA, huma li li d-Direttorat għar-Regolamentazzjoni Veterinarja aġixxa b’mod korrett meta ordna li l-iskart li jkun iġġenerat minn vapuri li jinkludu l-Libja bħala destinazzjoni tagħhom għandu jkun inċinerat.  Din l-azzjoni ttieħdet bħala prekawzjoni ħalli ma jiġux kontaminati l-irziezet ta’ pajjiżna.  L-investigazzjoni tal-MEPA tikkonferma wkoll li ma saritx importazzjoni ta’ karkassi mil-Afrika ta’ Fuq biex ikunu meqruda fl-inċineratur tal-Marsa.

Leo Brincat issa jmissu jbaxxi rasu u jħalli l-bord li twaqqaf iwettaq xogħolu.  Hekk titlob is-serjeta’ u r-responsabbilta’ politika.  Mhux pjacir tieghi li qed nikkummenta imma ma nistax inhalli lil Leo Brincat jispara wahdu.  Il-verita’ u l-fatti jweġġuh wisq lil Leo !

Oct 21, 2011

Emendi li qed jaghtu l-frott

Ninnota li l-emenda biex insahhu l-poter tal-infurzar tal-MEPA kontra bini llegali fiz-zoni rurali li kont ressaqt quddiem il-Kabinett fl-2007 qed jintuza sew minn din l-Awtorita’. B’din l-emenda il-MEPA ghandha l-poter f’hafna kazijiet tigi twaqqa bini llegali f’ODZ minghajr il-htiega li toqghod tistenna d-decizzjoni fuq xi applikazzjoni biex tissana dak l-izvilupp jew xi appell mill-infurzar. Emenda ohra li konna ghamilna kienet dik li hadd ma jista jaghmel applikazzjoni biex jissana zvilupp illegali f’ODZ. L-ewwel jrid ihott l-binja bla permess imbaghad jigi biex japlika biex johroglu permess. Emenda ohra mportanti li kien approva l-Kabinett kienet dik li f’hafna kazijiet meta ssir jsir appell minn permess li jkun gie approvat, dak il-permess jigi sospiz halli mhux jintrebah l-appell izda l-izvilupp sadanittant ikun lahaq sar !

Dawk l-emendi sfortunatament ma kienux dahlu fis-sehh ghax ma lahqux gew approvati fil-Parlament minhabba x-xoljiment tal-istess Parlament fl-2008 izda mbaghad gew fis-sehh flimkien ma’ emendi ohra wara t-tibdil tal-ligi fil-Parlament is-senal-ohra. Dawn it-tlett emendi kien tnejn minn sensiela ta’ emendi li konna fassalna wara konsultazzjoni shiha mal-NGOs . Ma’ dan wiehed irid jorbot is-sensiela ta’ inizjattivi li konna hadna biex il-process kollu jkun ferm aktar trasparenti u hafna mill-informazzjoni titpogga fuq l-website tal-MEPA ghall-iskrutinju tal-pubbliku kollu.

Ghalhekk thossok sorpriz meta wahdamill-NGOs ambjentali tohrog stqarrija tikritika permess li harget l-MEPA f’dawn il-gimghat u taghti nformazzjoni zbaljata. Liema nformazzjoni kienet facilment tista tingabar mid-dokument tal-MEPA stess ! Intqal per ezempju li l-art li fuqha hareg il-permess fix-Xewkija ghal supermarket iddahlet fiz-zona tal-izvilupp fil-process tar-razzjonalizazzjoni tal-konfini tal-izvilupp. Kieku wiehed qara r-rapport stess tal-applikazzjoni kien isib iswed fuq l-abjad li dik l-art giet inkluza ghall-izvilupp industrijali fl-1989 meta gie mfassla il-Konfini Temporanji tal-Izvilupp (TPS).

Ma niddejjaqx li jkun hemm kritika. Li jdejjaqni huwa li jkun hemm kritika li ma tkunx ibbazata fuq fatti imma fuq impressjonijiet zbaljati li minkejja li jkunu gew ikkoreguti xorta jibqghu jigu rrepetuti. Hekk gara din il-gimgha meta ghal darb’ohra ntqal minn esponenta ta’ wahda mill-NGOs li l-height limitation tal-bini f’Tas-Sliema zdied meta tfasslu l-Pjan Lokali ghal din il-lokalita’. Dan mhuwiex veru. Jekk wiehed jqabbel l-height limitation ta’ kull triq f’Tas-Sliema kif approvat fil-Pjan Lokali ma’ kif kien diga stabbilit fit-TPS tal-1989 dan isib li fil-fatt huwa anqas f’hafna kazijiet. Dan apparti li ferm aktar bini gie skedat biex jigi protett. L-informazzjoni hija pubblika ghal kulhadd u ghalhekk mhux gust li jibqghu jsiru sweeping statements abbazati fuq impressjonijiet zbaljati.

Aug 27, 2009

Don Quixote

Niskanta kif f’dan il-pajjiz il-Partit Laburista kapaci johloq kontroversja anke fejn kontroversja ma jkunx hemm ! Hekk hu l-kaz tat-twaqqigh tal-Oil Depot li jinsab biswiet is-swar tal-Birgu u jaghti fuq ix-Xatt tal-Kalkara. Il-MEPA approvat il-permess biex dan il-bini jitwaqqa'.

Favur din l-applikazzjoni tas-Sezzjoni tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kien hemm is-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet u il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Storiku tal-MEPA. Infatti l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Storiku tal-MEPA qal li l-fortifikazzjonijiet għandhom jieħdu prijorita’ fuq din il-binja industrijali, l-Oil Depot - u ma jsib l-ebda oġġezzjoni li dan il-bini jitwaqqa’. Is-Suprentendent qal ukoll li t-travi tal-binja huma mdaħħla direttament ġol-ħitan tas-swar u dawn kienu qed jagħmlu ħsara lil dawn is-swar.

L-unika persuna li oġġezzjona li jsir dan il-proġett li għalih hemm fondi tal-Unjoni Ewropea kien id-Deputat u kelliem Laburista għall-Ippjanar Roderick Galdes li fil-laqgħa tal-MEPA vvota kontra. Ma waqafx hemm. Hareg stqarrija biex jiprova jikkonvinci kemm ghandu ragun. Din ma kenitx l-ewwel darba li l-PL permezz tar-raprezentant tieghu fuq il-Bord tal-MEPA ivvota kontra progetti li ghandhom finanzjament tal-UE. Saret konswetudini !

Habat tajjeb li s-Sindku tal-Birgu, John Boxall xi granet ilu, ddikjara ruħu favur li din il-binja titnehha u b'hekk toħroġ mill-gdid is-sbuħija tas-swar u jaghti cans li s-sur jiġi restawrat. Imma nsaqsi jien: l-Onor Galdes staqsa x’inhi l-opinjoni tal-KL tal-Birgu, ghallanqas tas-Sindku u l-Kunsilliera tal-PL qabel vvota kif ivvota ? Jekk iva, x’kienet l-opinjoni ? Jekk le, ghaliex ma ndenjax ruhu jikkonsulta ?

Feb 13, 2008

Harsitna 'l quddiem lejn ambjent ahjar

Il-bierah il-Prim Ministru ħabbar numru ta’ proposti li l-PN ser ikun qed iwettaq fil-qasam tal-ambjent ladarba jerġa jingħata mandat mill-poplu nhar it-8 ta’ Marzu.

M’hemmx dubju li l-post li ntgħażel mill-Prim Ministru Gonzi biex jagħmel il-konferenza ta’ l-aħbarijiet il-bierah kien sinifikanti ħafna għax il-post innifsu huwa xhieda ta’ l-avvanzi kbar li għamilna fil-qasam ta’ l-ambjent fl-aħħar snin. Sa ftit snin ilu, ħadd ma kien jimmaġina li l-miżbla tal-Magħtab qatt kienet ser tilqa’ l-avveniment li kien ser jifrex il-politika tal-PN f’dan il-qasam għall-ħames snin li ġejjin.

Il-punt tat-tluq tal-Prim Ministru kien dak li rnexxielna niksbu fl-aħħar erba snin – ir-rijabilitazzjoni tal-Magħtab, il-kisbiet kbar fl-immaniġġjar ta’ l-iskart, il-ftuħ ta’ inċineratur u l-għeluq ta’ l-inċineraturi antiki, l-edukazzjoni ambjentali u t-trawwim ta’ kuxjenza ambjentali akbar fil-poplu tagħna.

Qal ukoll iżda li għad fadal ħafna xi jsir. Semma żewġ sfidi ewlenin għall-futur: Il-bilanċ li rridu nsibu f’pajjiż tad-daqs tagħna, bejn il-kwalita’ tal-ħajja, il-ħarsien ta’ l-ambjent u l-izvilupp ekonomiku u l-bidla fil-klima li taffettwa lil pajjizna direttament bhala gżira fl-istess ħin li l-prezz dinji taż-żejt qiegħed dejjem jogħla.

Biex nindirizzaw il-bidla fil-klima ħriġna bi proposti bħall-għoti ta’ energy-saving bulbs, l-ħolqien ta’ offshore wind-farm ta’ 100 MW, aktar inċentivi biex il-poplu jinvesti f’sorsi ta’ enerġija rinovabbli, ir-riforma tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għal waħda ibbażata fuq il-polluter-pays principle u l-inizjattiva biex Għawdex tinbidel fi gżira ekoloġika.

Il-Prim Ministru intrabat ukoll li jirriforma l-MEPA biex tiżdied aktar l-effiċjenza skond miri stabbiliti; tkompli tiżdied it-trasparenza u l-accountability; jonqsu l-inkonsistenzi fid-deċiżjonijiet u biex jissaħħaħ l-infurzar. Dr. Gonzi qal li f'legislatura ohra hu se jiehu din l-MEPA taht ir-responsabilita diretta tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Irrid nghid li kont jien stess li ssuggerejtlu jaghmel dan wara 10 snin responsabbli minn din l-Awtorita', fatt li Lawrence Gonzi rrefera ghalih. Jien nemmen li dan huwa mehtieg mhux biss ghax il-MEPA ssir aktar l-ghodda ghal zvilupp sostenibbli f'pajjizna izda ukoll ghax l-ipprocessar ta' applikazzjonijiet ta' zvilupp mill-MEPA jiddependi ukoll fuq l-efficjenza tar-rispons li jaghtu entitajiet u anke Ministeri oħrajn.

Inħossni tassew kburi li dak li wettaqna fl-aħħar erba’ snin f’dan il-qasam qed iservi ta’ pedament sod għall-viżjoni li għandna għall-ġejjieni.