Nhar it-Tnejn li għadda kont mistieden għall-laqgħa ta’ diskussjoni fuq il-Climate Change & Renewable Energies li kienet organizzata minn Nature Trust flimkien mal-Ambaxxata
Amerikana. Fl-intervent tiegħi sħaqt fuq l-importanza li l-Gvern Amerikan ikompli
jinvesti u jinċentiva b’saħħa r-ricerka fuq teknoloġiji għall-enerġija nadifa.
Nemmen dan għandu impatt pożittiv qawwi fis-suq internazzjonali fil-konfront ta’
teknologiji li jiġġeneraw enerġija b’sistemi konvenzjonali bħaż-żejt u l-gass. Waqt dan l-avveniment kelli l-opportunita’ ukoll niltaqa ma’ Dr.Peter Schubert, Direttur tar-Richard Lugar Centre for Renewable Energy (Indiana University), li kien l-kelliem ewlieni. Fl-intervent tiegħu Schubert saħaq fuq l-importanza li l-scientific community issemma leħinha b’mod posittiv fuq teknoloġiji li anke jikkonvertu l-iskart f’energija nadifa, inkluz teknologiji bħal incinerazzjoni u teknologiji ohra. B’hekk tingheleb il-biża li wħud ikollhom fuq għodod bħal dawn. Kont niehu gost kieku appelli bħal dawn smajthom qabel. Forsi ma konniex inkunu ffacjati bi krucjati anke kontra digestor bħal dak ta’ Sant’Antnin !



