Ħadt gost kbir dalgħodu nżur produttur tat-tadam u nisma’ dettalji tas-suċċess li ksibna kontra t-tixrid tal-insett maghruf bhala tuta absoluta f’pajjiżna. Dan l-insett li jattakka prodotti agrikoli, bħalma huma t-tadam, u li sas-sena l-oħra ħolqot ferment kbir fost il-komunita’ agrikola tagħna. Ir-rizultat ghal dan l-istagun kien wiehed pozittiv ferm bil-pjan ta' prevenzjoni u kontroll li hadna. Fejn is-sena l-ohra kellu jinharaq mal-20% tat-tadam, din is-sena se jkun inqered biss mal-1 sa 2% tat-tadam prodott f'pajjizna.
B’koperazzjoni sħiħa bejn il-Gvern, il-produtturi, l-għaqdiet tal-bdiewa, għaqdiet tal-produtturi tat-tadam u anke l-proċessuri lokali nihdejna għajnuna u ħejjejna programm ambizzjuż li llum qed jagħti l-frott. Koperazzjoni li kienet ukoll imsaħħa minn allokazzjoni finanzjarja minn naħa tal-Gvern ta’ madwar €300,000, bazikament se nkunu hallasna ghal nofs l-ispiza li kellha ssir. Din hija r-realta’ tal-agrikoltura Maltija. Hija realta’ li hija ħafna differenti mill-istampa mċajpra li jippruvaw ipinġu wħud, fosthom kelliema tal-Opposizzjoni, b’kitbiet u kummenti tagħhom.
Hija realta’ ta’ settur li hu fiduċjuż, li ma jaqtax qalbu minkejja d-diffikultajiet li jiffaċċja. Proprju f’dawn il-jiem ukoll ingħatajt silta minn gazzetta Torka dwar il-ħsara mbassra minn din il-marda fit-Turkija fix-xhur li ġejjin. Illum, meta tħares lura, ninnota b’sodisfazzjon, li flimkien qed ngħelbu problema li pajjiżi oħrajn, ħafna akbar minnha, għadhom jiffaċċjaw sa’ llum. Irrid inrod hajr lil dawk kollha li taw semhom, inkluz il-haddiema tal-Plant Health Department fi hdan il-Ministeru.
No comments:
Post a Comment