Il-bierah gejt mistieden nattendi attivita' tal-komunita’ Islamika f’pajjizna. Hadt gost nattendi flimkien anke mal-Prim Ministru, ghax il-presenza taghna tirriafferma l-valur tal-pluralizmu li ghandna f’pajjizna u l-valur tal-konvivenza tal-insara maltin ma’ maltin u barranin ta’ fidi ohra. Nixtieq nwassal l-awguju tieghi ta’ ferh, barka u sliem lil Maltin u barranin Islamici u l-familji taghhom li jghixu fostna. Bhala nisrani ghandi rispett lejn kull komunita’ li tfittex li tghix a bazi ta’ valuri religjuzi f’dinja li sfortunatament qed issir dejjem aktar materjalista’ u mibnija fuq l-arroganza tal-isolazzjoni ndividwalistika.
Habat ukoll li bhalissa ghaddejja l-kontroversja dwar dak li qal l-mexxej Libjan, Muammar Ghaddafi waqt zjara li ghamel f’dawn il-granet fl-Italja. F’laqgha li kellu ma’ grupp ta’ madwar 500 zghazugha appella biex l-Ewropa tikkonverti lejn l-Islam. Din id-dikjarazzjoni qajmet furur fl-Italja. Din id-dikjarazzjoni ma tissorprendinix. Huwa dak li fermament jemmen il-mexxej Libjan bhala bniedem ta’ fidi Islamika. Minkejja li qal hekk tajjeb wkoll li wiehed jiftakar li fil-Libja, l-eluf kbar ta’ nsara li jghixu jew jahdmu hemm, mhux biss ghandhom il-liberta’ li jhaddnu t-twemmin nisrani, izda wkoll li jattendu ghal funzjonijet religuzi fil-Knisja taghhom – f’dik Kattolika, Ortodossa, Anglikana, Kopta jew Evangelika.
Izda minn naha l-ohra wiehed irid japrezza li l-livell ta’ tolleranza u pluralizmu li wiehed isib fl-Ewropa u fil-Libja ma ssibux daqstant fil-pajjizi gharab kollha. Kieku wiehed nisrani kellu jaghmel l-istess appell biex persuni ta’ fidi islamika jikkonvertu ghal fidi nisranija f’uhud mill-pajjizi gharab certament li ma kienx isib l-istess livell ta’ tolleranza. Wisq anqas kieku dik il-persuna tokkupa kariga gholja fi stat iehor.
Nemmen li d-dover principali ta’ kull politiku huwa li jassigura li fil-komunita’ tieghu jkun hemm liberta’ shiha tal-espressjoni, inkluz dik tal-fidi. Imbaghad sta ghal kull persuna taghzel il-fidi li koxjenzjozament temmen li tqarribha l-aktar lejn il-verita’ u tghinna tizviluppa b’mod shih f’komunita’ pluralista.
No comments:
Post a Comment