Din il-gimgha flimkien ma’ Chris Said u Philip Mifsud zort ghelieqi fejn stajna naraw b’ghajnejna nvestiment iehor fis-settur agrikolu b’għajnuna ta’ fondi ewropej. Iltqajna ma’ tlett generazzjonijiet fl-istess familja. Lil Wigi li ghandu 88 sena, lil ibnu Salvu u lil Michael li ghandu 22 sena. Dawn ghandhom 45 tomna ta’ raba u jiproducu l-aktar patata. Din il-familja ghadha kemm ghamlet nvestiment totali ta’ 207,000 euro biex xtraw tractor u sistema ta’ irrigazzjoni. Huma bbenefikaw minn ghajnuna mill-fondi tal-UE u fil-fatt hadu 50% tal-investiment.
Dan il-makkinarju kif stajt nara se jtaffilhom it-tbatija tar-raba’ filwaqt li jwassal għal aktar produzzjoni u titjib fil-kwalita’ tal-prodott. It-tractor ghandu sistema awtomatika biex tahrat l-art u tizra. Huwa komdu hafna. Ghandu anke sistema ta’ arja kundizzjonata li taghmilha possibli li wiehed ikompli jahdem ir-raba anke wara nofsinhar fil-granet iebsin tas-sajf. Michael ha anke tahrig fl-Olanda biex ikun jaf kif l-ahjar jimmassimizza l-potenzjal ta’ dan il-makkinarju. Salvu qalli "fhimna li jekk trid timxi jehtieg tinvesti".
Tajjeb wiehed ifakkar li Malta għas-snin 2007 – 2013 innegozjat Pjan għall-Iżvillupp Rurali b’pakkett ta’ ghajnuna ta’ €100 miljun ghall-bdiewa u rahhala. Il-fondi għas-snin 2007-2013 huma mifruxa fuq 18-il pakett ta’ għajnuna li jinċentivaw lil kull min hu nvolut fis-settur jinvesti biex itejjeb l-operat, jagħmel użu ta’ sorsi ta’ enerġija alternattiva, u jaħtaf opportunitajiet ta’ taħriġ u informazzjoni.
Il-pakkett ta' ghajnuna jinkludi l-Miżura 121 li tippromwovi l-immodernizzar ta’ azjendi agrikoli, bħal bini ta’ serer, ġibjuni u mmodernizzar ta’ makkinarju. Mat-300 bidwi u raħħal daħħlu investiment propost ta’ ‘l fuq minn 40 miljun ewro, għal skema li qed tagħti lura finanzjament ta’ madwar €19-il miljun. Huwa nkorraġġanti l-fatt li minn din is-sejħa għall-għajnuna għall-immodernizzar tal-azjendi agrikoli, 77 benefiċċjarju għandhom inqas minn 40 sena. Dan juri kif l-agrikoltura f’pajjiżna hi ħajja u għandha futur. Dan jawgura wkoll tajjeb sabiex dan is-settur, importanti mill-aspett ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-gżejjer Maltin, jsir aktar sostennibbli.
No comments:
Post a Comment