![](https://blogger.googleusercontent.com/img/b/R29vZ2xl/AVvXsEhb8ezOpVtEy3Q7lCmIB9qRUJjHsEXA10lM2NSg3LYWGcFWyNm0gF-NPDXygYh4czDLCFpsEvwJJAwMzMxH9wxXlKfCqCJpC58QGISvb6naCuTa8YOj_mE1oEVvnlF-sKZxNB8DOlrgxpg/s200/disoccupazione4.jpg)
Din hi l-gravita tas-sitwazzjoni fuq l-ghatba ta’ pajjizna. Din hi wkoll il-gravita’ tas-sitwazzjoni li l-Partit Laburista f’Malta jipprova jnessina. Ahbar bhal din ma tismaghhiex fuq il-mezzi tax-xandir tal-Oppozizzjoni. Hemmhekk tisma u taqra messagg wara iehor biex jippruvaw ipingu lil pajjizna bhala li mhux f’dinja u li certu caqliq fil-prezzijiet ta’ affarijiet essenzjali qisu kienu b'decizjoni tal-Gvern Malti.
U l-qghad fost iz-zghazagh f’Malta ? F’pajjizna wiehed minn kull ghaxar zghazagh huwa bla xoghol, biex inkun preciz 11%. X’differenza ! Zewg pajjizi Ewropej biss ghandhom rata ahjar minn taghna: Awstrija, Olanda u Germanja. Din hi ahbar li thassbek mhux ftit.
F’pajjizna razzanna l-qghad u zammejnih f’livelli ta’ qabel faqqghet il-krizi ekonomika fid-dinja. F’Malta z-zghazagh taghna qed ikomplu jistudjaw u qed isibu x-xoghol. Ghax dan il-Gvern pogga l-holqien tal-impjiegi bhala l-qofol tal-politika tieghu u kien ghalhekk li kellhom jittiehdu certu decizjonijiet difficli, bhalma hu t-twaqqif ta’ certu sussidji, sabiex il-Gvern ikun f’qaghda tajba li jipprotegi l-impjiegi. M'ghandix dubju li dawk qeghda jipreferu li jkollhom impjieg aktar milli sussidji ! Meta tara dan kollu nifhmu l-qies tad-diffikultajiet taghna, izda nifhmu wkoll verament xi ksibna lkoll flimkien.
No comments:
Post a Comment