Jan 26, 2011

Hadd iehor japrezza aktar !

But it is not only that Malta is part of the EU and the euro; it is also your sound decision making which have saved your country from the worst of the financial crisis. Malta was amongst the last EU member states to enter recession and amongst the first to emerge from it in 2009. With hard work you have managed to bring down your deficit to 3.8% of GDP last year and you appear well on track to achieve your target of 2.8% at the end of 2011. Many Member States could learn from your economic policies.’

Iddeċidejt li nikkwota dik is-silta kelma b’kelma. Dak mhux diskors tal-Prim Ministru Malti, lanqas ta’ xi Ministru, u lanqas mhu diskors ta’ xi esponent tal-Partit Nazzjonalista. Dik hija silta mill-indirizz tal-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek lill-Parlament Malti din il-ġimgħa. Diskors li jagħti stampa ta’ kif l-Ewropa tħares lejna. Diskors li juri kemm l-Oppożizzjoni tkun qed tqarraq meta titkellem fuq is-sitwazzjoni lokali daqs li kieku aħna mhux parti minn dinja li qed tiffaċċja kriżi finanzjarja, u tiprova tahbi l-kisbiet li saru f'pajjizna matul l-ahhar sentejn ta' krizi.

Buzek reġa fakkar lill-Parlament Malti fid-deċiżjoni għaqlija li ħa pajjiżna li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u eventwalment fl-Ewro, pero fakkar ukoll kif id-deċiżjonijiet tal-Gvern kienu kruċjali biex pajjiżna llum qiegħed f’sitwazzjoni ferm aħjar minn ta’ ċertu pajjiżi oħra. Ovvjament enfasizza wkoll li filwaqt li tajjeb li nkunu sodisfatti b'dak li ksibna, importanti li niffacjaw l-isfidi u nkomplu naghmlu r-riformi fejn mehtieg.

Kien jistona l-kumment tal-Kap tal-Oppożizzjoni li fid-didkors tiegħu rrefera għall-“Ewropa l-ġdida” b’referenza ghall-Ewropa li ffurmat ruħha wara s-sħubija ta’ għaxar pajjiżi godda fl-2004. Li kien għalih Malta ma tiffurmax parti minn din “l-Ewropa l-ġdida” ghax tghidx kemm stinka u rsista biex Malta ma tisseħibx. Illum, għax l-opportuniżmu politiku hekk jitlob, jiprova jaghti l-impressjoni li hu xi Ewropeista konvint !

No comments: