Bħala Ministeru ilna għal dawn l-aħħar snin għaddejjin b’kampanja edukattiva biex nbiddlu l-mentalita’ ta’ kif u fejn jintrema l-iskart f’pajjiżna. Għalhekk kien ta’ sodisfazzjon ghalija nattendi ghat-tnehdija ta’ din il-kampanja, fejn l-mobile phone jekk ghadu tajjeb jerga jintuza minn persuni fl-Afrika li m’ghandhomx mezzi biex jixtru mobile, inkella kemm-il darba ma jahdimx jizzarma u jinbieghu l-minerali prezjuzi li wiehed isib go fih.
Il-flus li jdahhlu se jmorru b’risq il-bini ta’ orfanotrofju ġewwa il-Kenja għat-tfal li tilfu il-ġenituri tagħhom minħabba l-marda ta’ l-AIDS u b’risq proġett fiċ-Chad fejn ħa jitqassmu stoves li jaħdmu permezz ta’ l-enerġija solari biex ikun evitat li n-nisa iqattgħu siegħat twal ifittxu l-injam u jibilgħu d-duħħan. Id-dħaħen
Dan jorbot ukoll mal-inizzjattiva li hadna fi tmiem is-sena li ghaddiet fejn Malta tat €125,000 biex jinxtraw stoves godda halli jitnaqqsu l-emissjonijiet u n-nisa u t-tfal ma jkunux esposti għad-duħħan. Nappella lil qarrejja li għandhom mobile jew tnejn li mhux qed juzaw biex jiddepożitaw dan it-telefon f’fergħa tal-GO u b’hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal din l-inizjattiva ambjentali b’għan nobbli favur ħajja li tixraq lil dawn ħutna.
No comments:
Post a Comment