Minn kemm ilna li bdejna skemi bħal dawn f’pajjiżna llum insibu ‘l fuq minn 13,000 solar water heater installat fid-djar tagħna. It-tisħin tal-ilma hu wieħed mill-akbar konsumaturi tal-enerġija fid-dar. Studji ppublikati mill- Universita ta' Malta jirrapurtaw li solar water heater tipiku jiffranka 1650 units fis-sena biex issaħħan l-ilma li familja jkollha bżonn tuża.
Meta wieħed jikkunsidra li l-konsum tipiku tal-enerġija minn familja ta’ erba’ persuni hu ta’ madwar 5, 500 unit fis-sena dan ifisser li permezz ta’ solar water heater familja tiffranka unit minn kull erba’ li llum tuża. Hu kkalkulat li familja ta’ erba’ persuni tiffranka mal-€175 fis-sena mill-kont tal-elettriku. Jekk tixtri Solar Water Heater bi prezz ta’ madwar €1,500, fuq perjodu ta’ 4 snin (l-aktar 5 snin), b’din l-iskema tkun ggib flusek lura. U minn hemm ‘l quddiem tibqa ssahhan l-ilma minghajr spejjez.
Minbarra l-iskema finanzjata mill-Gvern, hemm ukoll skema ohra ffinanzjata mill-Unjoni Ewropew li tagħti għotja ta’ 40% tal-ispejjeż eliġibbli sa €560. Izda ghal din ma jistax japplika kulhadd. Biex wieħed jibbenefika minn din l-iskema jrid jew ikun qed jirċievi l-voucher tal-enerġija jew tkun familja bi tfal u bi dħul inqas minn €23,932 jew li jkun sid ta’ proprjetà li tkun inxtrat wara l-1 ta’ Jannar 2010 b’valur inqas minn €120,000 jew tkun familja li tirċievi l-allowance supplimentari skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
No comments:
Post a Comment