Showing posts with label solar water heaters. Show all posts
Showing posts with label solar water heaters. Show all posts

May 4, 2011

Uza x-xemx u ffranka

Ergajna hrigna skema sabiex familji Maltin jinstallaw Solar Water Heater. Sal-bidu ta’ din il-gimgha, l-Awtorita ta’ Malta ghar-Rizorsi (MRA) diga rċeviet mal-200 applikazzjoni. Din l-iskema hi finanzjata minn fondi tal-Gvern, u qed tagħti lura 40% tal-ispiża fuq ix-xiri u installazzjoni ta’ dan l-apparat sa massimu ta’ €400. Kull min għandu kont tal-elettriku residenzjali jew domestiku jista’ japplika biex jieħu l-għotja sakemm ma jkunx diġà bbenefika minn skema simili mill-2008 ’l hawn.



Minn kemm ilna li bdejna skemi bħal dawn f’pajjiżna llum insibu ‘l fuq minn 13,000 solar water heater installat fid-djar tagħna. It-tisħin tal-ilma hu wieħed mill-akbar konsumaturi tal-enerġija fid-dar. Studji ppublikati mill- Universita ta' Malta jirrapurtaw li solar water heater tipiku jiffranka 1650 units fis-sena biex issaħħan l-ilma li familja jkollha bżonn tuża.



Meta wieħed jikkunsidra li l-konsum tipiku tal-enerġija minn familja ta’ erba’ persuni hu ta’ madwar 5, 500 unit fis-sena dan ifisser li permezz ta’ solar water heater familja tiffranka unit minn kull erba’ li llum tuża. Hu kkalkulat li familja ta’ erba’ persuni tiffranka mal-€175 fis-sena mill-kont tal-elettriku. Jekk tixtri Solar Water Heater bi prezz ta’ madwar €1,500, fuq perjodu ta’ 4 snin (l-aktar 5 snin), b’din l-iskema tkun ggib flusek lura. U minn hemm ‘l quddiem tibqa ssahhan l-ilma minghajr spejjez.




Minbarra l-iskema finanzjata mill-Gvern, hemm ukoll skema ohra ffinanzjata mill-Unjoni Ewropew li tagħti għotja ta’ 40% tal-ispejjeż eliġibbli sa €560. Izda ghal din ma jistax japplika kulhadd. Biex wieħed jibbenefika minn din l-iskema jrid jew ikun qed jirċievi l-voucher tal-enerġija jew tkun familja bi tfal u bi dħul inqas minn €23,932 jew li jkun sid ta’ proprjetà li tkun inxtrat wara l-1 ta’ Jannar 2010 b’valur inqas minn €120,000 jew tkun familja li tirċievi l-allowance supplimentari skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

Apr 6, 2011

Ghal standards aktar gholja

Qed nikteb din in-nota waqt li qed nattendi l-ewwel Assemblea Generali ital-IRENA, International Renewable Energy Agency, gewwa Abu Dhabi fl-Emirati Gharab Uniti, fejn se jkun stabbilit anke s-Segretarjat Permanenti ta’ din l-agenzija internazzjonali. F'din il-laqgha gie maghzul ukoll id-Direttur Generali, il-Kenjan Adnan Amin. Il-bierah filghodu kellna laqgha nformali tal-Ministri biex niddiskutu l-prioritajiet li ghandha tindirizza din l-agenzija nternazzjonali f’dinja fejn kwazi kwart tal-popolazzjoni fid-dinja lanqas ghanda access ghall-elettriku u fejn ir-rizorsi mhumiex ilahhqu mat-talba tal-konsum tal-energija u ghalhekk l-prezz taz-zejt qed ikompli joghla b’mod allarmanti. Fost il-punti diskussi kien hemm il-htiega li IRENA tistabbilixxi standards mhux biss ghall-apparat teknologiku imma anke ghall-installazzjoni ta’ dawn it-teknologiji. Dan il-punt fakkarni fil-hidma taghna f’pajjizna.


L-effettivita’ jew l-efficjenza ta’ apparat li jiġġenera enerġija nadifa tiddependi ħafna fuq installazzjoni korretta. Ħafna jinsew li x-xiri ta’ apparat bħal dan jinvolvi katina ta’ prattiċi korretti li jinkludi wkoll l-installazzjoni. Ħadt gost għalhekk ninnota li l-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli tal-Universita` ta` Malta flimkien mal-Fakulta` tal-Inġinerija se jiftaħ tlett korsijiet differenti bil-għan li jħarreġ installaturi, inġiniera u periti dwar installazzjoni tajba tas-solar water heaters u ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi.



Il-korsijiet huma approvati mill-Awtorita` ta’ Malta għar-Riżorsi (MRA). Il-kandidati li se jtemmu dawn il-korsijiet b’suċċess se jkunu jistgħu japplikaw għal ċertifikazzjoni ta’ installaturi mill-MRA. Din is-sistema ġdida ta’ ċertifikazzjoni se tkun konformi mar-regolamenti tad-Direttiva tal-Enerġija Sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, li tisħaq li l-Istati Membri kollha għandu jkollhom skema taċ-ċertifikazzjoni tal-installaturi jew skemi ekwivalenti ta’ ċertifikazzjoni għas-sistemi tal-enerġija sostenibbli sa’ Diċembru 2012.



Għan ieħor prinċipali ta’ dawn il-korsijiet huwa li jipprovdi informazzjoni essenzjali għad-disinjaturi, bennejja u inġiniera, sabiex ikunu jistgħu jippjanaw bil-quddiem għall-installazzjoni ta’ sistemi solari f’binjiet ġodda jew dawk li jkunu qed jigu rinnovati. Napprezza li l-Universtia’ tifhem dan ir-rwol importanti li hi trid taqdi u nawgura li dawn il-korsijiet ikollhom is-suċċess mixtieq.