Fil-Kunsill Generali li se jiltaqa dan il-weekend ghandna quddiemna bhala partit l-opportunita’ li nifhmu l-bidliet kbar li gibna fil-pajjiz mill-1987: LIBERTA’, FTUH, OPPORTUNITAJIET. Ma nkunux qeghdin nonfhu lilna nfusna meta nghidu li ahna bdilna dan il-pajjiz. Pajjiz msejjes fuq liberta’ u partecipazzjoni f’kull qasam. Fuq kollox mentalita’ moderna fejn nesigu l-kwalita’ f’kollox – mill-isptar sat-triq u l-gnien, mill-impjiegi sal-iskola li mmorru ahna jew nibghatu lill-uliedna. Bdilna u nbdilna. U jehtieg li nifhmu aktar il-bidliet li gibna b’idejna. Bnejna socjeta’ ferhana li ma tiddependiex fuqna l-politici ghal hafna mill-affarijiet li sa ftit snin ilu riedet titkarrab ghalihom lill-Ministri. Bnejna socjeta’ b’edukazzjoni mifruxa li llum kapaci tfendi ghal rasha u taghmel l-ghazliet taghha. Tawna socjeta’ mbezza u mjassra u biddilniha f’socjeta’ matura u emancipata.
Ghandna l-opportunita’ nifhmu li l-mument li qeghdin fih hu mument kbir ghad-demokrazija li gibna f’pajjizna mill-1987. Mhux talli ma nmorrux kontra r-rieda tal-elettorat, mhux talli ma noqghodux xi hames snin u nofs kontra r-rieda cara tal-maggoranza f’elezzjoni generali, talli ghandna prim ministru li qed jara li ligi li ma jaqbilx maghha, tghaddi mill-Parlament skond ir-rieda tal-maggoranza tal-poplu. Ghandna opportunita’ nifhmu x’inhi l-liberta li nemmnu fiha. Fejn kull bniedem, kull minoranza, imqar ta’ wiehed, tesprimi ruhha u tagixxi fuq il-fehma genwina taghha. Il-prim ministru tana vot hieles fuq il-ligi tad-divorzju. Imma hawn min qed jippretendi li min ta vot hieles m’ghandux vot hieles hu! Din x’liberta’ hi? Dawn x’liberali huma ?
Ghandna opportunita’ ukoll nifhmu l-kuntest, l-istampa
No comments:
Post a Comment