Riflessjoni fuq il-vot tar-referundum
Minkejja l-konfuzzjoni kbira fl-imhuh li kien hemm, ir-rizultat tar-Referendum dwar id-divorzju hareg iktar car milli hafna stennew. Meta nanalizzaw u ninterpretaw ir-rizultat, irridu nharsu ukoll lejn in-numru kbir ta' nies li ghazlu li ma gabrux il-vot, dawk li ma marrux jivvutaw jew li hassru l-vot. Dawn flimkien jiffurmaw proporzjon kbira minn dawk li kellhom id-dritt ghal-vot. Jidher illi n-numru kbir ta’ dawk li kellhom dubji serji dwar kif ghandhom jivvutaw m’ghamlux kif hsibt jien li se jaghmlu, jigiefieri jivvotaw LE b’sens ta’ prudenza. Iddecidew izda li ma jmorru mal-ebda naha. Uhud probabilment ma tantx kienu konxji li b’hekk kienu se jiffavorixxu lil IVA. Setghu ghamlu hekk ukoll ghax kienu fil-fatt konxji. Hasbu x’hasbu, ir-rizultat hemm qieghed u issa l-Parlament mistenni li jirrispetta r-rizultat. Nerga’ nghid li minkejja l-konfuzzjoni kbira fl-imhuh, hafna fehmu li d-domanda li kellhom jirrispondu ma kienitx jekk id-divorzju kienx haga tajba jew hazina fih innifsu, imma jekk kienx mehtieg bhala rimedju ghal sitwazzjoni socjali fejn il-koabitazzjoni setghet issir iktar popolari miz-zwieg. Jidher illi hafna hasbu illi wasalna f’dan, ghalkemm jien ma kontx konvint li kien hekk. Il-Knisja baqghet tinsisti li d-divorzju kien hazin fih innifsu, imma il-maggoranza qaltilha: “Le mhux fuq dan il-punt li qeghdin nivvutaw.” Ohrajn hadu l-okkazjoni biex jattakkaw il-Knisja minflok jidhlu fil-fond tal-kwistjoni vera li kellna inwiegbu ghaliha. Ghallanqas hareg punt komuni wara r-referendum: hemm bzonn li nziedu l-inizjattivi u l-mizuri li jsahhu l-istabbilita’ tal-familja, li tibqa priorita’ ghas-socjeta’ maltija.
No comments:
Post a Comment