Ara veru l-Partit Laburista ma jinbidilx. Fis-70 u 80 kien juza l-vjolenza fizika, illum sar juza l-vjolenza morali biex ikisser persuna. Bilfors tasal ghal din il-konkluzzjoni meta tara x’qal il-bierah il-mexxej tal-PL, Joseph Muscat, fuq Edgar Galea Curmi u l-istorja ta’ proceduri kontra missier Cyrus Engerer. Mela minkejja li Cyrus Engerer kien diga telaq mill-PN u ghajjar lil Prim Ministru Gonzi “dittatur”, il-Kap tas-Segreterija tal-Prim Ministru jiltaqa xorta ma’ Cyrus u jaghmel telefonata fil-presenza ta’ Cyrus lill-Kummissarju tal-Pulizija halli dan ikellem lill-avukat ta’ missier Cyrus. Talab lill-Kummissarju jispjega lill-avukat ta' missier Cyrus li l-proceduri ma kellhom xejn x’jaqsmu ma’ kif kien gie allegat mill-avukat ta’ missieru, igifieri li mhux veru li l-proceduri kienu nbdew wara t-tluq ta’ Cyrus lejn il-Partit Laburista.
Mela jekk xejn Edgar Galea Curmi ghamel mossa biex persuna li halla lil PN u ssieheb mal-PL jinghata gustifikazzjoni u zgur m’ghamilx xi mossa biex isallab lil Cyrus. Imma l-Kap tal-Opposizzjoni jitlob ir-rizenja ta’ Edgar ghax “interferixxa” ! Mela l-ewwel jaghmlu gurnata jghidu li l-proceduri tal-Puluzija kontra Cyrus u missieru, fuq zewg kazijiet separati minn xulxin, m’huma xejn hlief tpattija tal-Gvern kontra Cyrus ghax telaq mill-PN. Imbaghad filghaxija l-Kap tal-Opposizzjoni jitlob ir-rizenja tal-Kap tas-Segreterija tal-PM ghax dan ghamel telefonata lill-Kummissarju halli dan ikellem lill-avukat ta’ missier Cyrus u jispjegalu l-kaz kontra missier Cyrus kien twieled qabel ma Cyrus ddecieda li jitlaq mill-PN !
Il-vjolenza morali tal-PL ma tafx limitu. Araw x’kiteb Membru Parlamentari tal-PL fuq Facebook il-bierah filghodu “Meta nies bla skruplu, anki jekk bir-raggiera fuq rashom, imexxu partit li jitlef l-appogg demokratiku, izda jridu jibqghu jiggranfaw mal-poter, ikunu lesti juzaw anki l-pulizija biex ibezzghu u jikkastigaw lil dawk li jitilquhom u b'hekk jippruvaw jintimidaw lin-nies biex ma jitilquhomx.”
Ara veru l-ispizjar milli jkollu jaghtik ! Min kitibha din ? Hadd hlief Evarist Bartolo. Wiehed minn dawk li jaf ezattament x’kapaci jaghmel partit li jkun tilef l-appogg demokratiku kif kien il-kaz tal-Partit Laburista bejn l-1981 u l-1987 ! U hu dakinhar fejn kien ?! Kien fuq in-naha ta’ regim li uza l-pulizija kontra l-espressjoni hielsa, uza l-pulizija biex tittortura lil dawk li ma jaqblux mar-regim, uza l-pulizija biex toqtol go d-depot lil dawk li ma kienux jaqblu mar-regim ! Dakinhar il-Pulizija mhux “klieb tal-ghassa” kienu imma qattiela u min iddefendihom kien komplici.
U mbaghad fuq Facebook biex jaqbel ma’ Varist jikteb wiehed Alan Picco, Kunsillier Lokali tal-PL fuq Hal-Ghaxaq. Dan il-kunjom ifakkarni f’wiehed ufficjal tal-pulizija li fi zmien ir-regim Socjalista kien involut fil-frame-up ta’ Pietru Pawl Busuttil u f’kazijiet ohra ! Dakinhar il-Gvern ma kellux l-appogg tal-poplu izda Varist kien quddiem nett biex jiddefendih !
No comments:
Post a Comment