Ix-xempju ta’ baruni tal-istampa ta’ żmienna hu Rupert Murdoch li hu s-sid ta’ għadd ta’ gurnali madwar id-dinja, fosthom in-‘News of the World’ fl-Ingilterra. Ftit tal-granet ilu Murdoch kellu jagħlaq dan il-gurnal wara li sar magħruf kif ġurnalisti ta’ din il-gurnal kienu qed jidħlu illegalment fil-messaġġi tal-mobiles ta’ nies magħrufin, u saħansitra ta’ tfajla maqtula, u jxaħħmu l-pulizija biex jiksbu informazzjoni sensittiva ħalli jippubblikawha u jbigħu aktar. Dawn il-gurnalisti mhux biss kisru l-etika izda kisru l-ligi.
Għal ħafna snin, politici Konservattivi u tal-Labour kienu jilagħqu lil Rupert Murdoch għax kienu jafu li l-gazzetti tiegħu setgħu jkissruhom. Din hi s-saħħa tal-istampa li taf tinfluwenza deċiżjonijiet importanti, saħansitra min ikun fil-gvern, bla ma għandha r-responsabbilta’ tal-konsegwenzi ta’ dawk id-deċiżjonijiet u bla ma jkollha tiffaċċja hi lill-elettorat. Rupert Murdoch, f’din il-biċċa, tilef gazzetta li kienet ilha toħroġ 168 sena u kienet tħallilu ħafna qligħ. Issa jaf jitlef ukoll il-ġlieda tiegħu biex jaħtaf il-kontroll tal-mezz tax-xandir b’saħħtu fl-Ingilterra, il-BSkyB.
L-istampa u l-ġurnaliżmu huma kontroll importanti fuq kull min jeżerċita l-poter f’kull pajjiż. Imma jridu jkunu stampa u ġurnaliżmu serji li jkunu xempju għal ħaddieħor u mhux li jaqgħu fl-agħar livelli ta’ mġiba, ksur tal-liġi u korruzzjoni, kif kienu qed jagħmlu l-ġurnalisti tan-News of the World.
No comments:
Post a Comment