Dalgħodu żort ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fil-Birgu bħala parti mill-proġett estensiv ta’ restawr tas-swar. Fil-Birgu mal-faċċata tal-Bastjun ta’ San Ġwann bnejna ħnejja biex terġa tintroduċi sens ta’ kontinwita’ fil-linja tas-swar u tgħaqqad il-bastjun li kien twaqqa biex minn ġo fih tgħaddi t-triq li hemm illum. Interessanti l-fatt li waqt li kien ghaddej ix-xoghol, meta jhares lejn il-bastjun mil-genb sakemm kien ghadu mikxuf, wiehed seta’ jara il-hajt originali ta’ dan il-bastjun qabel ma kien tkabbar fil-wiesa u fl-gholi tieghu.
Apparti dan, din il-ġimgħa l-MEPA approvat il-permessi meħtieġa biex jitnaddaf il-foss ta` quddiem id-daħla tal-Couvre Porte u jiġi riabilitat l-ispazju ta` quddiem li oriġinarjament kien jifforma parti mill-glacis ta` quddiem dan l-istess sur. B' dan il-proġett ser jinħoloq spazzju ġdid miftuħ li filwaqt li jikkumplimenta x-xogħol ta` restawr jagħti dehra iktar dinjituża lid-daħla tal-belt fortifikata tal-Birgu. Dan il-proġett se jinkludi pavimentar b'materjali naturali u tisbih permezz tat-turf. B’hekk kull min jidħol il-Birgu jkun jista japrezza din il-Belt fortifikata aħjar.
B’dan il-proġett ta’ restawr tas-swar mhux biss ridna li nerġgħu nikxfu l-wiċċ u d-dehra oriġinali u msebbħa tas-swar, iżda wkoll nagħtu spazju godda lill-familji u fl-istess hin naghtuhom ukoll l-opportunita’ japrezzaw aktar il-fortifikazjonijet imprezzabbli li għandna. F'dan il-kuntest, postijiet bħall-foss kollu u l-Posta ta` Kastilja li sal-lum ma kienux accessibli ghall-pubbliku se jibdew jitgawdew bhala gonna. Din il-Posta issa se jkollha access ukoll minn naha tax-Xatt fejn qabel kien hemm l-Oil Depot li hattejnih biex niprovdu spazju miftuħ iehor.
Ma’ din il-lista ta’ proġetti fil-Birgu sejrin ukoll nippavimentaw it-toroq kollha tal-aktar parti antika tal-Birgu, dik li tissejjah il-Collacchio. Bħala parti minn dan il-proġett sejrin ukoll inwaqqfu skema biex inħajru t-tneħħija ta` gallarijiet, twieqi u gradi tal-aluminium li jkerrhu l-ambjent u minflok jiġu sostitwiti b’ohrajn tal-injam. Il-foss tal-Birgu ukoll ser jissebbaħ u jinbidel f' post ta` rikreazzjoni. Għalhekk b’kollox fil-Birgu qegħdin ninvcestu mad-€9 miljun f’xejn anqas minn 7 proġetti ta’ restawr u tisbiħ. B’dan l-investiment mhux biss qed ninvestu fl-istorja tal-Birgu imma qed niktbu wkoll parti mill-istorja ta’ din il-belt formidabbli.
No comments:
Post a Comment