Wiehed irid jiftakar li matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Gharghur kien laqa’ fih bosta persuni
Ir-rahal tal-Gharghur jigbidni minhabba s-sens qawwi ta’ komunita’ li wiehed isib fih. Ir-residenti bl-ebda mod ma jghixu f;dormitorju. Sfortunatament xi kultant certi lokalitajiet, specjalment dawk li twieldu fl-ahhar 30 jew 40 sena, ghadhom kemm xejn dormitorji fejn ir-residenti bilkemm ikollhom kuntatt mal-kumplament tar-residenti. Il-Gharghur mhuwiex hekk. Mit-twelid tal-Kunsill anzi s-sens komunitarju kompla jissahhah. U jidher bic-car li l-Kunsill jinvolvi b’mod haj lill-hafna ghaqdiet kulturali li jezistu f’dan ir-rahal.
Huwa dan l-ispirtu komunitarju li wassal ukoll biex jittiehdu diversi inizjattivi matul l-ahhar snin, ghal liema inizjattivi l-Ministeru tieghi ta l-kontribut anke tieghu. Ghenna fost affarijiet ohra biex jigi restawrat it-Torri tas-Semaforu, giet restawrata l-Kappella ta’ San Gwann fl-istess rahal, twessghet it-triq li twassal ghall-Kamra tan-Nar, sar xoghol fuq il-balavostri taz-zuntier, kif ukoll tajna l-ghajnuna taghna wkoll biex ftit granet ohra jinfetah ground bit-turf sintetiku. Dawn l-inizjattivi jkomplu jziedu s-sens qawwi ta’ komunita’ li ghandu dan ir-rahal u jkompli jaghmlu lir-residenti aktar kburin bir-rahal taghhom.
No comments:
Post a Comment