B’differenza
Kienet fl-opinjoni tieghi s-simbolu ta’ dak li l-aktar nghozzu fis-socjeta’ taghna, s-solidarjeta'. Kienet dedikata lill-familja imma fl-istess hin lesta l-hin kollu biex tiggieled l-ingustizzja u tghin lil dak li jkun. Tidher kwieta, imma kellha spirtu kumbattiv qawwi. Ir-ragel taghha huwa meqjus bhala r-ragel li mmodernizza pajjizna. Imma m’ghandix dubju li s-sens ta’ analizi semplici taghha, tah vantagg kbir fil-hidma tieghu niex jifhem lin-nies u l-hsibijiet taghhom.
B’dik it-tbissima taghha kienet taghti konfort u farag lil hafna. Kienet issib il-paci taghha fil-fidi u f’Alla. Mary Fenech Adami kienet mara ta’ talb. Kienet issib il-milja taghha billi taqsam il-hsibijiet taghha b’umilta’ kbira ma’ dawk kollha li tiltaqa maghhom. Issa li hallietna u qed tgawdi l-Hallieq, nittama li l-ispirtu u l-ezempju taghha jibqghu f’kull wiehed u wahda minna.
No comments:
Post a Comment