Tara xeni ta’ pajjiżna li jsaħħruk. Ritratti mill-isbaħ, uhud minnhom anke 360 degree photos, li jwasslu l-messaġġ. Din il-kampanja hija inizjattiva ta’ kumpanija privata u rrid nghidilhom prosit ghall-inizjattiva li hadu. Laqatni l-fatt li f’din il-kampanja qed jieħdu sehem taħlita ta’ kumpaniji privati, Ministeri u entitajiet tal-Gvern.
Dan wahdu wkoll jibghat messaġġ mill-aktar importanti: ir-responsabbilta’ biex inħarsu pajjizna hija ta’ kulħadd. Din il-kampanja qed turi wkoll il-ħemel xogħol li sar fit-tisbiħ ta’ pajjiżna. Xogħol ta’ proġetti ġodda, proġetti ta’ restawr tal-wirt storiku ta’ pajjiżna, spazji pubblici komdi ghall-familji huma fost ix-xeni li qed isebbħu dawn il-billboards.
Fuq perjodu ta’ tlett xhur huwa maħsub li jkun hemm mad-90 billboard f’kampanja li żgur qed twassal il-messaġġ b’mod mill-aktar effettiv. Pajjiżna sabiħ u jeħtieġ li nkomplu ngħożżuh biex uliedna wkoll ikunu jistgħu anke huma jgħidu ‘Our beautiful islands, our future’.
No comments:
Post a Comment