Sep 11, 2011

10 snin wara 9/11

10 snin ilu bhal llum. Niftakar li kont f’laqgha ma’ ufficjal tad-Dipartiment tal-Artijietxi 2.50pm meta nircievi sms minghand marti, “ixghel tv issa”. Irrispondejt “Ghaliex ?”. “Ajruplan dahal fit-Twin Towers fi New York”. Kurzita ghelbitni. Xeghelt it-TV u l-laqgha waqfet hekk kif bdejna naraw xeni tal-wahx. Rajna l-istragi tat-tieni ajruplan rajtha live. Xeni tal-biza’. Nies jaqbzu mit-twieqi, firemen u pulizija mbellha jaraw kif jistghu jghinu bin-nies jigru fit-toroq. Biki. Nirien, trabijiet, dahna shiha. Att terroristiku li bhalu d-dinja kienet qatt ma rat bhalu. Att li halla mejta xejn anqas minn madwar 3,000 ruh.


10 snin ilu Osaba bin Ladin u shabu tal-Al Qaeda hasbu li b’att bhal dak u ohrajn se jgibu fix-xejn is-sistema tal-Punent u setghu jimponu sistema taghhom fuq id-dinja. L-ironija hi li 10 snin wara, l-ghajta tal-popli ghall-liberta’ u d-demokrazija kontra t-tirranija qatt ma kienet b’sahhitha daqs illum inkluz fil-pajjizi Islamici bhat-Tunezija, Egittu, Libja u assedjata f’pajjizi ohra Islamici bhas-Sirja.


Illum ghaxar snin wara waqt li qieghed fi Wroclav fil-Polonja ghall-laqgha tal-Ministri tal-Agrikoltura u Sajd qed insegwi fuq TV parti mic-cerimonja f’gheluq l-anniversarju minn dik l-istragi. Hadt gost li l-President Obama qara is-Salm 46 mill-Bibbja, li jibda “God Is Our Refuge and Strength”. Salm ta’ tama quddiem il-hazen u t-tbatija. Hadt gost ghax ghallanqas Obama ma ddejjaqx isemmi lil Alla, f’din id-dinja fejn aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed insiru prusuntuzi u nahsbu li nistghu naghmlu kollox minghajr il-htiega ta’ Alla. Verament kommoventi kienet ic-cerimonja fi Ground Zero, specjalment meta tara l-membri tal-familji tal-vittmi jaqraw l-ismijiet ta’ dawk li tilfu hajjithom.


Wara ghaxar snin il-glieda kontra t-terrorizmu tkompli. Illum stess kien hemm attakk kontra forzi amerikani fl-Afganistan fejn gew feruti mal-50 suldat. Imma l-gliedafl-opinjoni tieghi kontra dawn il-forzi tad-dlam trid tintrebah mhux daqstant bl-armi imma bi zvilupp adegwat u bi djalogu ta’ stima lejn il-popli kollha.

No comments: