Sep 16, 2011

Pixkerija gdida u tal-aqwa livell

Il-bierah il-Bord tal-MEPA approva l-applikazzjoni tal-Ministeru tieghi għall-bini ta’ Pixkerija ġdida fil-Marsa, proprju minflok l-impjant tar-Reverse Osmosis li m'ghadux jintuza. Kien ilu jinhass li ghandna bzonn pixkerija ta’ standard oghla minn dik li ghandna llum. Ghal mument konna kkonsidrajna li naghmlu titjib sostanzjali f'dik li hemm illum, izda fil-verita’ l-ispazju li fiha huwa limitat hafna u ftit ihallilek fejn timmanuvra biex taghmel l-facilitajiet li pixkerija moderna titlob illum.



Finalment iddecidejna li naghzlu sit iehor anke ghax il-Pixkerija ta’ llum u l-binja ta’ hdejha, fejn qabel kelli l-Ministeru, huma ideali biex minflokhom ikollna lukanda zghira, izda ta’ kwalita gholja (boutique hotel), f’dik il-parti tal-Belt fejn se jigi estiza anke l-area ghall-cruiseliners. Iddecidejna li mmorru l-Marsa hdejn il-biccerija, f’zona fejn diga jsir ipprocessar ta’ ikel kemm mill-gvern kif ukoll mill-privat. L-Opposizzjoni ikkritikat il-fatt li l-Pixkerija l-gdida mhijiex mal-bahar. Fil-verita’ ma jafux li din hi r-realta’ ta’ hafna pixkeriji ohra fl-Ewropa. Illum ma hemmx aktar il-htiega li l-pixkerija tkun ezatt mal-bahar. Ftit li xejn mill-qabda tal-hut illum f’pajjizna tinhatt direttament minn fuq id-dghajjes ghall-pixkerija tal-Belt.



Il-binja se tkun maqsuma f’żewġ sulari: sala minn fejn jinbiegh il-hut fis-sular t’isfel u fish processing plant fis-sular ta’ fuq b’facilitajiet ta’ hazna. Importanti hafna li nirrispondu ghall-esigenzi tas-suq ta’ llum u niprovdu processing plant fejn jigi ppreparat hut imnaddaf u ippakjat ghall-konsumatur. Din il-faċilità, li se tkopri wkoll spazju għall-parkeġġ għall-impjegati kif ukoll għal min ikollu bżonn jinqeda minn dan il-post, se tikkonsisti f’faċilitajiet moderni u ta’ livell igeniku skont standards Ewropej.




Permezz ta’ din il-pixkerija gdida, li se tkun tista’ tilqa’ fiha 12-il pitkal, is-sajjieda se jingħatalhom aktar spazju biex ikunu jistgħu jħottu l-qabda tagħhom minn fuq il-vetturi taghhom. Dan l-operat se jwassal biex sew is-sajjied u l-pitkal ikunu jistgħu jaħdmu f’kundizzjonijet aħjar, f’kumdita u spazju akbar. Fil-ġranet li ġejjin se jkunu ppubblikati t-tenders biex jinbeda x-xoghol. Din il-pixkerija, li se ssir b’investiment ta’ €3 miljun (parti minnhom fondi Ewropej) mistennija titlesta f’sena u nofs minn meta jinbeda wara l-għoti tal-kuntratt.

No comments: