Fost affarijiet ohra fuq il-faccata tnehhiet il-gallerija tradizzjonali tal-injam li kien hemm u saret gallerija akbar tal-konkos matul il-faccata kollha. Biex sar dan saret ħsara kbir minħabba li x-xibka tal-konkos kif ukoll is-saljaturi l-ġodda gew ingastati fil-faċċata tal-binja. Barra hekk il-faccata tas-sular t’isfel giet miksija bis-cement. Il-kruha ta’ dawn l-interventi tista tghid kwazi li hija minuri hdejn l-interventi oxxeni li saru fuq il-parti ta’ gewwa ta’ din il-binja storika. Kif dħalt gewwa verament kont ixxukjat bl-isfreġju li rajt quddiem ghajnejja.
Saru diversi xogħlijiet fuq gewwa li ma jaqblu xejn mad-dehra oriġinali tal-bini. Fost l-akbar ħsarat wieħed isib il-bini ta’ diversi kmamar fil-bitħa interna. Biex sar dan ix-xogħol saret ħsara kbira lil niċċa kbira tal-ġebel li tinkludi wkoll bokka antika ta’ bir li jinsab fil-bini. Din il-parti tal-bini kienet tintuża bħala bar tal-Każin Laburista fis-Siġġiewi. Ma’ din in-niċċa ġie mwaħħal madum taċ-ċeramika kif ukoll ġie ingassat fiha saqaf tal-konkos. Trid tara biex temmen ! In-niċċa u l-bokka tal-bir issa qed jiġu rrestawrati. Il-bini fil-bitħa nterna qed jitneħħa kollu b’galbu kbir u l-bitħa ser tiġi msaqqfa bi struttura tal-ħadid u ħġieġ biex jirrispetta l-valur storiku tal-bini.
Issa din il-binja qed terġa tingħata lill-komunita’ kollha tas-Siggiewi u se sservi ta’ Centru Civiku kif jixraq. Parti mill-binja ser tibda tintuża bħala l-ewwel Day Care Centre għall-Anzjani fis-Siġġiewi. Ix-xogħol ta’ restawr li qed isir mid-Direttorat tar-Restawr fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi.
No comments:
Post a Comment