Ignazio Marino, il-kandidat tac-Centru-Xellug ghas-Sindku
ta’ Ruma jumejn ilu rebah l-elezzjoni bi kwazi d-doppju tal-voti tal-kandidat
tac-Centru-Lemini, Ganni Alemanno. Marino
huwa kirurgu famuz mfittex hafna li ghamel operazzjonijiet ta’ transplanting
tal-fwied kemm fl-Amerika kif ukoll fl-Ewropa. Ftit tal-granet ilu meta
mistoqsi minn gurnalist qal li hu konxju li jekk jirbah l-elezzjoni jkollu
jinqata mill-prattika tal-medicina tieghu u gie kkwotat li qal "I know I cannot probably go into the
operating room again if I were elected mayor. This will be tough."
X’differenza minn dak li qed jigri f’pajjizna. Ghandna tabib tal-ghajnejn, Dr Franco
Mercieca, li kkontesta l-elezzjoni, u kien jaf minn meta kkontesta li jekk jigi
elett u jintghazel bhala Segretarju Parlamentari jew Ministru allura kellu
jiddedika ruhu biss ghall-kariga politika tieghu u jwaqqaf il-prattika medika
tieghu. Dan kien jafu ghax il-Kodici
tal-Etika ilhom li stabbilew dan il-principju.
Hu jaghmel sens ghax meta tkun b’karigi bhal dawn u mhallas minn fondi
pubblici, trid l-ewwel u qabel kollox tikkoncentra fuq il-hidma governattiva
tieghek biex taghti l-aqwa u l-ahjar tieghek lill-poplu malti kollu. Naf li mhux facli. Anzi difficli hafna.
Imma kulhadd jaf x’gara.
Il-Prim Ministru qal pubblikament li ta waiver lil Dr.Franco Mercieca
biex ikompli jiprattika b’kundizzjonijiet u b’kapacita’ limitata ghax jopera biss
f’kazijiet specjalizzati, li tawna x’nifhmu li Dr.Mercieca biss kapaci
jaghmilhom. Issa hareg minn storja
fis-Sunday Times li dan mhuwiex hekk u li Dr.Mercieca jaqla f’idejh, wara li
taqta dak li jithallas lill-isptar privat fejn jopera, mal-3,600 euro fi ftit
sieghat. U sadanittant nitolbu lill-Prim
Ministru jaghmel stqarrija fil-Parlament biex jispjega jekk hux sodisfatt
mill-mod kif Dr.Franco Mercieca qed jiprattika l-waiver li hu kkoncedilu u ma
nisimghu xejn hlief silenzju. Qabel
l-elezzjoni tkellem hafna fuq trasparenza u good
governance. Bilkemm ma tahsibx li
ghaddew 10 snin mill-elezzjoni diga !
No comments:
Post a Comment