Il-bierah
ippartecipajt fid-diskussjoni fil-Parlament dwar l-Estimi tal-Water Services
Coporation. Irreferejt ghall-weghda
tal-Labour li jnaqqas t-tariffi tal-ilma fl-2014 b’5%. Issa tajjeb nghidu li l-WSC fl-2014 se
tkompli thallas ir-rata tal-elettriku li jithallas illum, ghax skond il-weghda
tal-Labour il-kont tad-dawl jorhos bi 25% ghall-industrija fl-2015. Wiehed irid
jiftakar li madwar 60% tal-ilma jigi mill-impjanti tar-Reverse Osmosis jahdmu
bl-elettriku u t-tlett impjanti tat-tisfija tad-drenagg ukoll jahdmu
bl-elettriku. Allura fl-2014 l-WSC se jitnaqsilha d-dhul taghha b’mod
sostanzjali. Dan minkejja li din
il-Korporazzjoni ghall-2013 diga qed tiprogetta telf qawwi ta’ flus.
Kif
se jaghmlu tajjeb ghal dik iz-zieda fit-telf ?
Se jispicca jaghmel tajjeb il-Gvern b’subvention akbar ? U dak ma jfissirx li jrid jigi mit-taxxi
tan-nies ? Jew ma jitkomplewx progetti
nkluz dawk mibdija biex tittejjeb il-kwalita’ tal-ilma u biex tittejjeb
l-infrastruttura tad-distribuzzjoni halli tkompli titnaqqas il-hela ! Nispera
li ma jispiccawx joholqu pjaga fuq id-deficit nazzjonali biex imbaghad tkun
l-UE li ggeghlhom jiehdu passi li jhallu effett fuq il-popolazzjoni. U nigu cikku briku ! Irahhsu r-rati imma jziedu t-taxxi ! J'alla jien zbaljat.
Il-korporazzjoni
tal-Ilma zgur li hadd ma jista jghid li fl-ahhar snin tmexxiet fuq linji ta’
politika partiggjana. Fl-ahhar snin zgur
li rrenja t-team spirit fost il-haddiema u fuq dan irrimmarka l-istess Ministru
ta’ llum. Imma sfortunatament dan ma jidhirx li se jibqa hekk Diga bdejna naraw formazzjoni ta’ klikek
politici. Warrbu bil-pulit lic-CEO li
kien hemm, l-Ing.Marc Muscat, u ll-bierah stess habru l-appointment ta’ CEO
handpicked, l-Ing.Frederick Azzopardi, kunsillier tal-Labour. Kien ilu li beda jirraporta hemm imma
l-bierah habruha ! L-ebda sejha
pubblika. Handpicked ! Forma gdida ta’ Meritokrazija Labour style.
No comments:
Post a Comment