Jun 11, 2013

Htiega ta' formazzjoni


Il-weekend li ghadda kien weekend li fih stajt nara mill-vicin l-entuzjazmu gdid li qed jiggenera l-PN.  Is-Sibt li ghadda ltqajt ma’ tlett zghazagh seperatament li kienu s’issa qatt ma ressqu lejn il-partit, imma kkuntatjawni biex isaqsuni kif l-ahjar jibdew jaghtu semhom.  L-ewwel wiehed zaghzugh ta’ 17-il sena minn H’Attard li  qieghed fil-kors ta’ Creative Communication fl-MCAST.  L-ohra tfajla li ghadha kemm ggradwat bhala mechanical engineer u l-ohra omm ta’ tlett itfal minn Tas-Sliema li qaltli car u tond “inrid irrodd lura ftit mill-hafna ghajnuna li sibt mill-PN ghal uliedi biex hadu l-edukazzjoni tajba li hadu”.  Dawn it-tlett persuni ma fittixthomx jien imma ikkuntatjawni wahidhom. 

Lil niex bhal dawn irridu mhux biex inhegguhom imma rridu nghinuhom jiehdu tahrig kif l-ahjar jimpenjaw ruhhom fil-politika.  Irridu mhux biss infehmuhom il-PN x’jirraprezenta u ghaliex jezisti, imma rridu nharguhom ukoll fl-ghodod ta’ kif tikkomunika.  Gieli spiccajna tfajna nies godda fl-arena tal-politika, bhala kandidati ghall-kunsilli lokali jew sahansitra ghall-elezzjoni generali minghajr biss tajnihom it-tahrig mehtieg.  Bghatnihom ghall-battalja minghajr armi u munizzjon.

L-AZAD, li kienet l-iskola politika tal-PN, trid terga ssir benniena ta’ attivita’.  Dan l-ahhar meta kien qed imexxi Simon Busuttil kien ta spinta biex din terga tiehu r-ruh, izda mbaghad tant tfajnielu tasks ohra fuqu li kien umanament impossibli jkompli jaghti sehmu kif jixraq fl-AZAD.  Issa li t-team amministrattiv centrali tal-PN gie stabbilit, hemm htiega li nharsu wkoll lejn l-AZAD u naraw kif din tinbena mill-gdid anke b’esperjenzi u kuntatti ma’ skejjel politici ohra fl-Ewropa mill-familja tal-Partit Popolari u anke minn istituti ta’ formazzjoni politici li twieldu fil-Mediterran.

No comments: