Jun 14, 2013

Sahha - Biza'



Laqatni hafna l-istħarriġ li sar mill-Malta Today ppublikat f’dawn il-granet fejn instab li fl-aħħar ftit xhur żdiedu sew in-nies li qed jgħidu li fost l-akbar problemi li għandu l-pajjiż hi s-saħħa. L-akbar problemi għan-nies baqgħu l-għoli tal-ħajja u żdied sew l-inkwiet fuq ix-xogħol u l-ekonomija, imma wara dawn l-oqsma finanzjarji, jiġi l-inkwiet fuq is-saħħa li hu f'livell ħames darbiet li kien qabel; qabża kbira 'l fuq. L-istharrig ma ssorprendinix. Wara biss 3 xhur diga qed johrog l-kuntrast.  Il-PN fil-Gvern ghamel investiment kbir fis-saħħa u kellu programm qawwi li kien qed jissokta.  Minn naha l-ohra l-Gvern Laburista qed iwettaq tnaqqis fis-servizzi tas-saħħa, taħwid u vendikazzjonijiet mal-ħaddiema. 
 
Tahwid: Il-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia beda billi ħabbar li kien se joqgħod tnax-il siegħa kuljum fl-emerġenza ħalli jsib soluzzjoni ghall-problemi ta’ stennija. Imma kull min ikollu x-xorti hazina li jmur s’hemm jista jara b’ghajnejh li l-affarijiet marru agħar, mhux aħjar. Fosthom billi l-Gvern Laburista żarma s-servizz b'xejn ta' emerġenza fi sptarijiet privati li kienu jgawdu minnu eluf ta' nies. 
 
Nuqqas ta' etika:  Ma rajniex biss nuqqas ta’ etika b’rapporti li kemm il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari baqgħu jaraw in-nies privat, u issa spiccajna b’ministri part-time, imma n-nuqqas ta’ etika huwa evidenti sew fil-vendikazzjonijiet li saru b’bosta transfers li naghtaw lil haddiema li jahdmu f’dan il-qasam. Vendikazzjonijiet immirati lejn il-ħaddiema li l-Prim Ministru Muscat taparsi kien wegħedhom li jistgħu ma jaqblux miegħu imma jistgħu jaħdmu miegħu.  Imma minn dawn il-vendikazzjonijiet se jbatu fuq kollox il-pazjenti.  In-nies qed jinkwetaw fuq is-saħħa u, sfortunatament, għandhom għaliex.

 

No comments: