Jun 13, 2013

Prepotenza


Ha niddikjara mill-bidu li ma ghandi assolutament xejn kontra l-mobile kiosks u  min ibiegh bil-vannijiet.  Hemm bosta minnhom li jiprovdu servizz tajjeb u joqghodu mar-regolamenti u jirrispettaw lill-girien.  Imma ddejjaqni hafna l-arroganza u l-prepotenza ta’ xi whud minnhom.  Ha nirrakkonta ftit x’nara. Mela ha nibda bis-suppost mobile kiosks, li fil-kaz ta’ pajjizna spiccajna sahansitra nghidulhom fixed mobile kiosks !  Nibdew bi kiosk zghir jipparkja ghal xi hinijiet, imbaghad il-kiosk jibda jsir permanenti, wara ftit il-kiosk jibda jikber, jibdew jitpoggew l-imwejjed u s-siggijiet, jibda jigi pparkjat hdejh van jew sahansitra truck biex fih inzommu l-kaxex u kull xorta ta’ mbarazz.  Dan it-truck jispicca pparkjat dejjem hemm, qatt ma jiccaqlaq halli ma jintilifx il-post !  U sadanittant jigbor kull tip ta’ mbarazz tahtu. 

Sabih li narmaw barra.  Ghandna l-vantagg ta’ klima li thajrek tiehu kafe barra.  Imma anke hawn naraw l-eccessi. L-ewwel nohorgu l-umbrelel, u dawn ikunu temporanji. Imbaghad isiru canopies permanenti imwehlin fl-art. U issa bdejna d-drawwa li naghmlu l-plastic niezel maghhom halli nuzaw l-ispazju fix-xitwa wkoll.  U tabelli ma jonqsux.  Tispicca bilkemm tista tghaddi mara b’pushchair. U jekk hu possibli, hafna drabi aktar milli possibli nokkupaw anke aktar spazju bil-loghob mekkanizat ghat-tfal, wahda tnejn u anke tlieta.  Fl-20 ta’ Mejju poggejt mistoqsija fil-Parlament lil Prim Ministru fejn staqsejtu jekk il-kiosks li hemm tul il-promenade ta’ Tas-Sliema humiex josservaw l-ispazju moghti lilhom mill-Gvern u humiex konformi mal-permessi mahruga mill-MEPA ?  Dan l-ahhar sehhew zviluppi li qajmu din il-mistoqsija lil bosta.  S’issa il-Prim Ministru qalli li qed jigbru l-informazzjoni.

Dawk li jbieghu bil-vannijiet.  Storja simili hafna specjalment dawk li jbieghu l-haxix.  L-ewwel nibdew bi truck wiehed, imbaghad b’zewg trucks ipparkjati hdejn xulxin.  It-truck, ghax hafna drabi mill-van isir truck, dejjem jikber u nestendulu l-ixkafef ‘l barra halli nziedu l-biegha.  U wara li jaghlaq ara ma tahsibx li jnaddaf madwaru ! Ma tarax weraq tal-kabocci u pastard jigri mat-triq.  U iva issa jnaddaf il-kennies tal-Kunsill meta jfettillu jigi !   U sadanittant Cetta ccempel l-ghassa u jdawruha zugraga !  Ir-risposta li tiehu tkun xi haga hekk:  “Iva Sinjura issa nkellmuh”.  U kollox jibqa kif inhu, ccempel kemm iccempel.  U min hu mhallas biex suppost jinforza fejn hu ?  

 

3 comments:

madgoal said...

Welcome to Jamaica George

madgoal said...
This comment has been removed by the author.
roman said...

niskanta kif dawn l affarijiet qed tarawhom issa biss. dawn l affarijiet onorevoli illhom idejqu lil poplu zmien twil, f dan il pajjiz qatt ma kien hawn serjeta. kien hawn min mhux biss ghamel l imwejjed u siggijiet imma sahansitra bena parti mil lukanda fuq art tal gvern u hadd ma kellu il bajd iwaghqalu kollox. fuq il kwistjoni ta l imwejjed wiehed biss kien hawn ragel fost kullhadd u dan kien jason azzopardi, u ghamel hekk ghal ftit zmien. is serjeta trid tkun hemm fuq kollox, specjalment fuq min qed jabuzza mis servizzi socjali, hemm bzonn riforma kbira, hemm bzonn ta taqliba nobies, ghax almenu dawk li qed juzaw art ghal imwejjed forsi ihadmu waiter maghhom jew tnejn u mhu qed jiehdu xejn hlief joholqu in negozju, imma min ma irrid jaghmel xejn u ilu jerda min fuq il poplu is snin billi darba fil gimgha immur jiregistra, u jerda il flus mit taxxi taghna? lil dawn hemm bzonn qbil bejn oppozizjoni u gvern biex lil dawn il qabda sangizugi naqbduhom darba ghal dejjem.