Ftit granet qabel ghalaq il-Parlament ghas-sajf
waqt il-Question Time kelli sessjoni nteressanti mas-Segretarju Parlamentari
Roderick Galdes fejn hareg car in-nuqqas ta’ preparazzjoni ta’ dan
l-esponent. Is-suggett kien il-bini
tal-Pixkerija l-gdida gewwa l-Marsa.
Spicca rrepeta d-diskors li kien ilna nisimghu mill-Kap tieghu li ma
jaghmilx sens li l-Pixkerija ma tkunx biswit il-bahar u li ma jaghmilx sens li
din tkun hdejn il-Biccerija.
Meta mbaghad staqsejtu jafx jghidli x’inhu
l-persentagg ta’ hut li jidhol il-Pixkerija ta’ llum direttament minn fuq
id-dghajjes, spicca ma kienx jaf. Qalli
naghmillu mistoqsija bil-miktub u jwegibni !
Imma galadarba kien qed jaghmel l-argument li din ma taghmilx sens li ma
tkunx tmiss mal-bahar, jien kont nassumi li wasal ghal din il-konkluzzjoni ghax
kien jaf x’persentagg ta’ hut li jidhol il-Pixkerija ta’ llum direttament minn
fuq id-dghajjes. Meta ghidtlu li bejn 5%
u 10% biss tal-hut li jidhol il-Pixkerija llum jitnizzel direttament minn fuq id-dghajjes, inhasad
!
Staqsejtu wkoll jekk kienx hares lejn numru ta’
ritratti li poggejt fuq il-Mejda tal-Kamra xi sentejn ilu fejn kont urejt
bic-car li anke fi Sqallija hemm numru ta’ Pixkeriji li ma jaghtux direttament
fuq il-bahar, ma kienx jaf x’se jwiegeb.
L-argumenti xxuttawlu ! Bena
l-argumenti tieghu fuq ir-ramel.
Fil-verita’ konna ghazilna dak is-sit hdejn
il-Biccerija ghal numru ta’ vantaggi. Hu
tajjeb li jkollok food processing plants hdejn xulxin, 2) ma jkollokx skarigg
ta’ transport ghal fdal tal-hut ghax l-inceneratur qieghed bieb u ghatba, 3)
tista facilment tiprovdi landing site ghal hut mid-dghajjes minn fuq il-moll
tas-Shipbuilding. Imma bhas-soltu dan
kollu jinsewh ghax jaqblilhom jinsewh, u l-aqwa li jibqghu jirrepetu
l-argumenti biex imaqdru dak kollu li ddecidejna ahna. Qalulna li se jkunu posittivi. Il-problema hi li nahseb li ma jafux
d-definizzjoni ta’ xi tfisser tkun posittiv !
No comments:
Post a Comment