Kont
nahseb li l-Ministru Leo Brincat huwa serju meta jghid li jrid jaghmel audit
fuq l-operat tal-WasteServ. Kumpanija b’konnessjonijiet
kbar mal-Partit Laburista inghatat b’direct order xoghol biex indunat li
l-WasteServ, flok ingaggat 300 ruh b’mod permanenti, xtrat servizz wara sejha
pubblika u approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Dan il-konsulent lanqas
biss indenja ruhu jitkellem mal-membri tal-Bord precedenti halli jisma
l-verzjoni taghhom fuq l-operat tal-WasteServ qabel hareg b’dan ir-rapport
parzjali. Kif ili snin nispjega d-decizzjoni politika taghna kienet li
ningaggaw lill-maggoranza tal-haddiema mill-kuntrattur, halli nzommu
flessibilita’ galadarba konna ghadna qed nibdew noperaw facilitajiet godda u ma
konniex nafu ezatt x’manpower finalment se jkollna bzonn. Iddecidejna hekk biex ma nispiccawx b’xi
Tarzna ohra.
Issa
l-Ministru Brincat irid jghidilna jekk hux ser ikun qed jingagga dawn
il-haddiema b’mod permanenti, halli jkunu piz fuq it-taxxi taghna ghal dejjem u
mhux sakemm ikun hemm bzonn is-servizz taghhom. Il-haddiema dazgur li ghamlu pressjoni kbira biex jigu
tal-post qabel l-elezzjoni izda jien dejjem harist l-interess pubbliku. Fit-twegiba tieghu baqa ma qalilniex x'se jaghmel hu issa.
Dan ir-rapport
ma jghid xejn u l-Ministru Brincat huwa zbaljat li flok jiffoka fuq il-vizjoni
strategika tal-WasteServ jidhol fl-operat ta’ entita li llum hija immexxija
minn CEO li gie ‘hand picked’ minflok intghazel wara sejha pubblika bhalma kien
sar fi zmieni. Leo Brincat rega semma wkoll ir-rapport li ghamel ‘advisor’ tal-Ministeru
tal-Finanzi li jirrakkomanda, fost l-ohrajn, li l-impjant ta’ Sant’ Antnin
jiehu aktar skart, li n-nies ghandhom jibdew ihallsu ghal iskart li jarmu u li jitnaqsu s-sieghat li fihom joperaw s-Civic Amenity Sites.
Il-Ministru Leo Brincat ser jimplimentahom dawn ir-rakkommandazzjonijiet issa
li l-analizi ta’ Silvio de Bono tlestiet u giet prezentata fil-Parlament
il-bierah ? Hemm bzonn iwiegeb u jwiegeb
car.
Leo
Brincat, wara aktar minn 120 gurnata ministru, ghadu fil-bahh fuq l-immannigjar
tal-iskart. Ma jafx fejn ser jaghti rasu. Thawwad u qed jibza jiddeciedi. Qed
jeghreq ! Il-bierah rajna kif l-Ministru Brincat habbel muntanja u welled gurdien.
Imissu jisthi li ghadu lanqas ma hareg bi proposta wahda fuq l-immaniggjar
tal-iskart. Ghadna ma smajna xejn fuq liema progetti ser ikun qed jimplimenta u
x’fondi ser ikun qed igib lejn Malta ha jimplimentahom u jzied l-impjiegi fejn
mehtieg. Dan Ministru li mhux jiflah ghal piz li intefa’ fuqu, minkejja li
naghta responsabilitajiet ferm anqas milli kellna ahna l-Ministri
fil-legislatura l-ohra. Hareg biss Issue
Paper fuq Waste Management li tant ma fiha xejn li tissue paper ghandna valur
aktar minnha ! U qalilna li rridu
nistennew sa Dicembru biex inkunu nafu fejn se jmur. Se jkun hela sena. U dawn qalulna li lesti li jmexxu !
No comments:
Post a Comment