![](https://blogger.googleusercontent.com/img/b/R29vZ2xl/AVvXsEh2m0M6wJgyyxBLqj6B9CS__Bg-Lbgbc7fN-UYOMcJzQu1A85_dAXidqwyvPPTlu_azZpT0QQAxl4b7Vg9yswg6lUN9q2Lls4lSdD57MIcNY_atx21BeDDnGyg35RupdC8AwDoTbNnZATAd/s200/organ+donor.jpg)
Sa llum il-posizzjoni hi li jekk trid li jinghata xi organu tieghek wara
mewtek allura trid tmur tinkiteb f’registru biex tiddikjara dan. Issa, jew ahjar mill-2015, is-sistema se tigi
prattikament bil-kontra. Jekk ma tiddikjarax li ma tridx li jittiehidlek xi
organu allura l-Istat jassumi li trid. Din id-decizzjoni qajmet reazzjonijiet
differenti kemm f’Wales kif ukoll barra minn Wales. Dawk favur jsostnu li b’decizzjoni bhal din
se jizdiedu b’madwar 25% l-ammont ta’ organi disponibbli ghall-persuni
fil-bzonn.
Minn naha l-ohra kien hemm hafna li sostnew li din hija decizzjoni immorali
ghax tnehhi ghal kollox l-ghazla cara favur id-donazzjoni. L-opposizzjoni giet l-aktar minn knejjes
nsara, kif ukoll mill-komunitajiet Musulmani u anke dawk Lhud. Dawk kontra
jsostnu li din se tohloq dwejjaq aktar lill-familji li jkunu tilfu xi membru
tal-familja. Huma jsostnu wkoll li din
se tohloq ukoll sitwazzjonijiet difficli ghat-tobba.
Il-Knisja Kattolika u anke knejjes ohra nsara oggezzjonaw ghal din
il-proposta. Il-posizzjoni tal-Knisja
Kattolika, kif espressa fil-Katekizmu, hi li t-tehid ta’ organi “mhuwiex
moralment accettabli jekk il-persuna jew
raprezentant awtorizzat minnha ma tatx il-kunsens esplicitu taghha. Inkella
aktar milli d-donazzjoni tkun espressjoni ta’ solidarjeta’ bejn il-popli, din
issir vjolazzjoni tal-persuni mejta”.
No comments:
Post a Comment