Il-bieraħ il-Papa Franġisk għamel l-ewwel żjara tiegħu barra Ruma u għażel
proprju li jżur il-gżira Taljana qribna ta' Lampedusa, li tirċievi ħafna
immigranti; ferm aktar minna. Ħafna qed iqisu dan bħala messaġġ qawwi tal-Papa.
Għażel li jmur f’dik il-gżira biex jenfasizza l-mod kif irridu nġibu ruħna ma’
dawk l-imsejknin, li jkunu ħallew pajjiżhom, ivvjaġġaw għal ġranet sħaħ kemm
fuq l-art kif ukoll fil-baħar biex isibu tama ġdida f’pajjiż ieħor.
L-immigrazzjoni hi sfida għall-valuri li ngħidu li nħaddnu bħala poplu. Sfida
għaIl-valur suprem tal-ħajja, suppost tradott fl-obbligi internazzjonali
osservati mill-pajjiżi kollha li jgħinu lil kull min ikun fil-periklu fuq
il-baħar bla diskriminazzjoni. Hi sfida
għall-valur tas-solidarjetà li ngħidu li nemmnu fiha. L-obbligu li nuru
solidarjetà ma' ħaddieħor, hu ta' liema kulur hu. Hi sfida wkoll għal-libertà u
għall-progress li ngħidu li nemmnu fihom. Min jgħid li hu liberali u progressiv
ma jistax jagħżel ma' min juri dawn il-valuri !
Il-Papa waqt il-quddiesa li qaddes fil-ground
tal-football ta’ Lampedusa kien car fi kliemu “Mulej, nitolbu maħfra ghal dawk
li bil-liġijiet u d-decizzjonjiet tagħhom, ħolqu sitwazzjonijiet li ġabu traġedji”. U kompla “Insejna kif nibku għal dawn
l-imsejknin”. Ikkundanna l-“globalizazzjoni tal-indifferenza”.
L-immigrazzjoni hi kwistjoni kumplessa li mhix sewda jew bajda imma rridu
nittrattawha b'mod bilanċjat li fih bilfors ħafna griż u sfumaturi. Huma ċarlatani
dawk il-politici li jitkellmu fuq soluzzjonijiet semplici għal problema tant
kumplessa. Hija r-responsabilita’ tal-Prim Ministru Malti ta’ llum li
sahansitra wasal biex issuġġerixxa li nies bħal dawn għandna nħalluhom f’nofs
ta’ baħar. Sabih ħafna tmur tittandan mal-Papa u anqas minn gimgħa wara tagħmel
diskors li jkebbes sentimenti razzisti. U biex jgħaxxaqha proprju l-bieraħ stess
l-awtoritajiet maltin taw struzzjonijiet li ma jingħatawx donazzjonijiet lill-immigranti
llegali fic-centru ta’ Ħal-Far ! Ma
ninsewx li dan gvern tal-Progressivi u Moderati !
No comments:
Post a Comment