Sep 5, 2013

Curfew


Beda l-istagun tal-kacca tal-harifa.  Din id-darba l-Gvern iddecieda li jnehhi l-limitu tal-kacca mit-3.00pm ‘l hemm fix-xahar ta’ Settembru li konna ntroducejna ahna madwar hames snin ilu u jhallih biss mis-7.00pm ‘l hemm.  Dan il-limitu konna dahhalnih mhux ghax kien hemm xi htiega mill-Birds Directive tal-Unjoni Ewropea, imma biex niprotegu l-ghasafar tal-priza.  L-esperjenza kienet ghalmitna li sfortunatament peress li wara t-3.00pm ipassi u jinzel fil-baxx ferm aktar tajr protett tal-priza minn hinijiet ohra, u konna assistejna ghal massakri ta’ dan it-tajr minn kaccataturi rresponsabli.  It-tajr tal-priza wara nofsinhar jinzel jew kien jiprova jinzel jistrieh f’postijiet fejn hemm is-sigar, u xi kaccaturi rresponsabbli kienu qed jispiccaw jaghmlu massakru minnhom. Ma konniex ghamilna dan bi pjacir imma b’responsabilita’, anke biex niprotegu l-attivita’ ta’ kacca li kienet qed tigi mhedda minn numru ta’ nies irresponsabbli.

Issa dan il-Gvern, anke ghax kien ghamel ftehim pre-elettorali mal-kaccaturi, biex jakwista l-voti taghhom, gab dan il-curfew ineffettiv.  Qed nghid ineffettiv ghax sas-7.00pm hafna mill-ghasafar ikunu diga ppruvaw jinzlu u allura b’cans kbir li jkunu mmassakrati minn kaccaturi rresponsabbli. L-esperjenza kienet urietna li zzid kemm zzid l-ufficjali tal-infurzar xorta kien qed jibqa difficli li tissorvelja Malta u Ghawdex f’dawk il-hinijiet ghax il-passa hafna drabi tigi f’qatghet ta’ ghasafar f’daqqa u ma tkunx tista tinforza adegwatament f’temp qasir.  Kien ghalhekk li konna ddecidejna li nintroducu l-curfew.  L-effettivita’ tal-curfew kienet tohrog bic-car fl-ewwel gimgha t’Ottubru fejn ma jkunx hemm curfew u konna naraw bosta kazijiet ta’ qtil ta’ ghasafar tal-priza. 

Issa dan il-Gvern id-decizzjoni hadha biex jonora l-weghda tieghu u jiffavorixxi lill-kaccaturi.  Nittama biss li l-kaccaturi ma jaghmlux massakri halli t-tajr tal-priza li hu protett bil-ligi jkun verament protett. Jalla ma jkunx hawn massakri.  Qed nghid hekk ghax wiehed irid jifhem li l-interess taghna mhuwiex li niprotegu l-curfew imma li niprotegu l-ghasafar tal-passa.  Hija hasra li f’pajjizna z-zewg partiti politici l-kbar qatt ma waslu biex jaqblu fuq politika komuni li tindirizza dan il-qasam, izda Irrid nghid li l-politika ta’ bilanc li dejjem sostna ahna spiccat geldidna maz-zewg gruppi, mal-ambjentalisti specjalment dawk favur l-abolizzjoni tal-kacca u l-kaccaturi, specjalment dawk li ma riedux l-introduzzjoni ta’ kontrolli u nfurzar. Minflok ma sibna Partit Laburista li jsostni l-politika ta’ bilanc li ffavorejna dejjem ahna, sibna lill-Partit Laburista  jaddotta politika li tiffavorixxi lill-kaccaturi halli jaqbadhom fit-trabokk politiku tieghu.

No comments: