F'April 2012 fabrika kbira fil-Bangladesh kienet ikkrollat u spiccaw mietu mal-1,129 ruh. Ftit wara f'Novembru sehh dizastru iehor go fabrika ohra fejn ukoll mietu mal-129 ruh ohra. Kienu zewg dizastri li gabu lid-dinja ghal mument titkellem dwar l-isfruttament tal-haddiema fil-pajjizi tat-tielet dinja. Bosta kumpaniji kbar tal-hwejjeg jaghtu x-xoghol taghhom f'dawn il-pajjizi fejn il-pagi huma baxxi hafna. Tghiduli imma dawn mhux ihaddmu eluf ta' haddiema f'dawn il-pajjizi? Veru. Per ezempju fil-Bangladesh mat-3.6 Miljun persuna, l-aktar nisa, jahdmu fil-qasam tat-tessuti. Wiehed irid jifhem li bil-pagi li jithallsu, hafna minnhom mhux aktar minn 38 dollaru fix-xahar, bilkemm ikollhom flus biex jikru post fejn jorqdu (bosta jkunu telqu mill-irhula) u biex jixtru x'jieklu. Hafna minnhom jahdmu go fabriki li huma verament sub-standard. Mibnija bl-addocc. Il-haddiema jahdmu ghal sieghat twal, hafna drabi ghal aktar minn 10 jew 12-il siegha kuljum, hafna drabi bi break wiehed biss.
Ftit tal-granet ilu gewwa Ginevra giet organizzata laqgha ghas-sidien ta' dawn l-azjendi multi-nazzjonali li kienu jibghatu x-xoghol taghhom f'dawn iz-zewg fabriki fil-Bangladesh halli jiftehmu halli jwaqqfu fond biex jassisti lill-vittmi li sfaw ipparalizzati jew lill-familjari ta' dawk li mietu. Hafna minn dawn lanqas ghandhom flus biex jixtru l-medicini li ghandhom bzonn halli jiehdu l-kura. Ohrajn hallew warajhom ulied li m'ghandhomx biex isostnu ruhhom. Din il-laqgha giet organizzata mit-trade union internazzjonali IndustriALL bl-ghajnuna tal-ILO. Sfortunatament kienu biss terz tat-28 kumpaniji li marru ghall-laqgha. Tal-misthija !
Fost dawk assenti nsibu lil Wal-Mart, Mango u Benetton. Dawn u ohrajn li ma kienux prezenti ghall-laqgha jew qalu li se jiehdu inizjattivi huma ghal rashom jew qed jichdu li qatt ordnaw hwejjeg minghand dawn iz-zewg fabriki. ohrajn li ma attendewx qalu li ma kienx car l-iskop tal-laqgha ! Il-kumpaniji Inglizi Primark u C&A kienu l-unici kumpaniji li weghdu li jaghtu semhom biex jitwaqqaf dan il-fond f'din il-laqgha.
Sadanittant ahna mmorru nixtru mill-hwienet taghna u ftit naghtu kaz minn fejn gew dawk il-hwejjeg, min hadem fuqhom u f'liema kundizzjonijiet hadmu l-haddiema li pproducewhom Minghalina li ghax qed nixtru l-hwejjeg ta' brands internazzjonali rinomati, dawn gew manifatturati fil-pajjizi tal-punent fejn il-haddiema ghandhom kundizzjonijiet ta' impjieg li tixraq lill-bniedem. L-istess jista jinghad ghal certi prodotti li jidhlu fl-Unjoni Ewropea li jkunu gew manifatturati b'ferm anqas attenzjoni ghall-ambjent minn prodotti simili li jkunu manifatturati fl-istess Unjoni Ewropea. Kien ghalhekk li hafna drabi certi trade unions ewropej talbu sahansitra l-imposizzjoni ta' taxxi jew mizuri fiskali ohra halli l-manifattura tkun on equal footing.
No comments:
Post a Comment