Sep 19, 2013

Ftehim li jostor u jikxef

Il-ftehim li l-Prim Ministru Muscat ghamel mac-Cina fuq l-energija jostor u jikxef fl-istess hin. Il-ftehim jostor iz-zmien meta beda jkun negozjat u l-mistoqsija cara hi jekk dan il-ftehim kienx qed jinhema minn qabel l-elezzjoni Generali meta Muscat kien qed jghid li mhu se jbigh l-EneMalta lil hadd. Jostor ukoll kemm tassew se jkun is-sehem tac-Cina fl-EneMalta. Fl-istess waqt, il-ftehim jikxef il-fatt li l-Prim Ministru Muscat kien qed jinnegozja minn wara dahar kulhadd u lanqas biss ghamel sejha ghal min seta' kellu interess fl-EneMalta. Dak li se tiehu c-Cina se tiehdu bla kompetizzjoni ma' hadd.

Il-ftehim jikxef ukoll li l-gvern Malti se jispicca b'sehem minoritarju fil-generazzjoni tal-energija f'Malta. Il-gvern ta' Muscat se jintrabat ma' power station privata tal-gass li jixtri l-elettriku kollu li tipproduci u li ghal hafna zmien fis-sena jkun bizzejjed ghal Malta. Fil-bqija, il-gvern Ciniz se jkollu sehem li jidher li se jkun ta' aktar minn terz. L-elettriku f'Malta b'hekk se jkun kontrollat fil-maggor parti tieghu minn interessi privati u barranin; haga li tmur kontra dak li Muscat wieghed qabel l-elezzjoni u dak li l-maggoranza kbira tal-Maltin ivvutaw ghalih fl-elezzjoni.

Il-ftehim jikxef il-fatt li l-EneMalta mhix se tkun tista' aktar tiehu decizjonijiet fl-interessi tal-konsumatur u tal-industrija Maltija imma jkollha tiehu decizjonijiet fl-interessi ta' sidien privati ta' power station tal-gass u tal-gvern Ciniz.

Il-Partit Nazzjonalista, minn naha l-ohra, jemmen u hadem biex fis-settur hekk importanti tal-energija, inzommu s-sigurta'  tal-provvista u s-sovranita'  Maltija. Jigifieri li l-energija f'Malta tkun kollha f'idejna bla influwenza ta' hadd u li jkollna wkoll hafna sorsi ta' energija minn fejn naghzlu halli naghzlu s-sorsi li jaqblu lilna l-Maltin.

No comments: