Il-Gvern
il-bierah talab lill-MEPA tawtorizzah ikompli juza l-MEPA Heavy Fuel Oil (HFO) fil-power
station tal-BWSC sa Marzu 2014. Il-MEPA kif kien
mistenni tat l-approvazzjoni taghha minghajr problemi, hlief ghall-opposizzjoni
tal-membru tal-Opposizzjoni fuq l-istess Bord tal-MEPA, Ryan Callus. Jien u Ryan Callus sostnejna f’isem
l-Opposizzjoni li l-Gvern ghandu jonora l-weghda solenni li kien ghamel qabel
l-elezzjoni. Tajjeb wiehed ifakkar li Joseph Muscat f’Dicembru 2011, kien qal li jekk
il-Labour ikun fil-Gvern, immedjatament jieqaf juza l-Heavy Fuel
Oil u jibda juza
d-diesel. Joseph Muscat u
shabu ghamlu xhur shah qabel l-ahhar elezzjoni jghidu li din il-power station hija
“fabrika tal-kancer” minhabba l-uzu tal-HFO. Ta’ min ifakkar ukoll li l-BWSC
power-station tista tuza kemm bil-Heavy Fuel Oil kif ukoll bid-Diesel. Issa dan
kollu nsewh u huma marru kontra l-weghda taghhom stess.
Ta’ min ifakkar li meta l-MEPA
harget l-IPPC permit f’Dicembru 2012, il-permess necessarju sabiex jkun jista’ jopera
l-impjant, din kienet stipulat li l-HFO ikun jista jintuza biss sal-ahhar ta’
Gunju 2013 u sa dakinhar iridu jkunu prezentati rizultati ta’ moniteragg
tal-arja. Sa llum minn data pubblika
mill-website tal-istess Enemalta jidher car li l-emisjonijiet mill-stacks ta’
din l-estensjoni fil-maggorparti l-kbira kienu dejjem taht il-limitu stabbilit
mill-istess MEPA. Din hija pprova li
l-Partit Laburista kien zbaljat meta kien ikkundanna dn l-impjant qabel dan
beda biss jopera !
Il-fatt li ma zammx kliemu juri
bic-car jew 1) li dak li kien qed jghid
kien zbaljat u qarrieq, kif kien jghidlu l-Gvern
Nazzjonalista,
inkella 2) li Joseph Muscat huwa rresponsabli li jestendi l-uzu tal-HFO u
b’hekk allegatament “ipoggi fil-periklu s-sahha tal-poplu” biex ma jghollix
l-ispiza tal-operazzjoni tal-power station. Huwa car li Joseph
Muscat u shabu mmuntaw kampanja ta’ qerq biex ibezzghu lill-poplu u issa qed
jinsew il-weghdi li ghamlu b’tant solennita’ lill-poplu Malti.
Din id-decizzjoni ttiehdet
proprju fil-gimgha tal-gimgha ta’ attivitajiet li l-Ministru Leo Brincat qed
jorganizza biex suppost igib ‘l quddiem il-kwalita’ tal-arja. Il-Ministru Brincat u shabu ghal darb’ohra
qed juru li d-diskors taghhom huwa biss arja shuna u xejn aktar. Il-Ministru Brincat kien jirbah biss
kredibilita’ kieku nsista ma’ shabu biex l-uzu tal-HFO li skond hu kien ta
hsara ghall-poplu Malti jieqaf jintuza b’mod immedjat. Jidher car li l-kampanja kontra l-uzu tal-HFO
kienet biss kampanja biex tisraq il-voti ghax mibnija fuq il-biza u l-emozzjoni
tal-poplu u sabiex tiggustifika l-ghagla ghal power station li tahdem bil-gas.
No comments:
Post a Comment