Il-progett ta’ Joseph Muscat u Konrad
Mizzi fil-port ta’ Marsaxlokk mizghud bl-erezijiet u mdallam bil-habi. Mhux ta’
b’xejn li l-Gvern irrezista li jigi quddiem il-Kumitat Parlamentari
ghall-Ambjent biex iwiegeb mistoqsijiet fuq l-EIA tal-Powerstation u l-hazna
tal-LNG fil-Bajja ta' M'Xlokk ! Iridu monologi u mhux diskussjoni fejn nistghu
naghmlu mistoqsijiet u jsir skrutinju serju !
Sinjal car li ghandhom x'jahbu !
Progett simbolu tan-nuqqas ta’
trasparenza ta’ dan il-Gvern, u tal-Partit Laburista nnifsu, ghax dan
il-progett tnissel fid-dlam meta kienu ghadhom fl-Opposizzjoni. Naqbel perfettament ma’ dak li qalet
l-Onor.Marlene Farrugia nhar l-Erbgha fil-Parlament meta qalet li “Hadd minna
mhu espert, u ghalhekk jaghmel sens li ngibu lill-esperti biex iwiegbu
ghall-mistoqsijiet taghna.” Kien proprju ghalhekk li ahna konna ghamilna
t-talba biex il-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent jaghmel skrutinju serju
tal-EIA tal-progett. Hasra li Marlene
Farrugia waqghet ghall-pressjoni li saritilha biex dan il-Kumitat ma
jiddiskuthiex l-EIA.
L-Oppozizzjoni ilha tishaq halli
l-Gvern jippubblika l-istudji kollha li wassluh ghal dan il-gennata ta’
progett. Progett mibni fuq il-habi. Rapporti
li hafna minnhom jiddikjaraw l-awturi stess li dawn huma rapport preliminari.
Ir-rapport ta’ Papadakis hargu biss partijiet minnu. Ir-rapport ta’ Papadakis fih anqas dettall
mir-rapport ta’ Vaccari ! Hemm pagni
shah ta’ input imma xejn dettalji fuq output !
Sempliciment ir-risk contours. U
lanqas dawk mhuma ndikati kollha ! Fuq
dawn ridna nsaqsu fil-Kumitat. Imma
ovvjament ma jridux jisimhu mistoqsijiet bhal dawn. Iridu jistahbew u jridu jahbu !
Anke r-rapport ta’ Ing.Umberto
Maffezzoli li gie kkummissjonat mill-OHSA nzamm mohbi ! Ippublikawh nhar l-Erbgha fis-6.06pm ezatt
qabel id-dibattitu fil-Parlament. U
ippublikawh biss wara li l-Erbgha filghodu jien u Therese Comodini Cachia
pprezentajna ittra lic-Chairman tal-MEPA fejn ghidnilu li qed ninvokaw id-drittijiet
taghna skond il-Freedom of Access to
Information on the Environment Regulations tal-2005 biex dan ir-rapport
ikun publikat. Regolamenti marbuta
mal-obbligi ta’ pajjizna skond l-Aarhus Convention.
Issa li l-Ministru Konrad Mizzi qed
jghid li wara ftit snin inehhi l-vapur u
jaghmel il-pipeline. Fejn huma l-istudji fuq l-options u fuq
l-vijabbilita ta’ kull option ? Fejn hu
l-Maritime Risk Assessment ? Qalilna li
ghamlu numru ta’ simulation exercises.
Iva u x’qal dan l-istudju ?
Aghmlu pubbliku ! Ghandha ragun
Din l-Art Helwa tghid hekk : Din l-Art
Helwa strongly feels that the MEPA board should not be convened to take the
decision that will allow the massive floating gas storage in Marsaxlokk bay
when some of the risk analysis studies have not yet been completed. The board
should not grant a permit until all the necessary studies have been carried out
and made available to the public.
No comments:
Post a Comment