Mar 20, 2014

Sant’Antnin se jkun ikkummercjalizzat issa !


Tipikament ta’ kif jahdem dan il-Gvern, il-gimgha li ghaddiet il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat f’diskors li kien qed jaghmel zerzaq sentenza fejn qal li l-Gvern ghandu pjan avvanzat biex ‘jikkumercjalizza’ l-family park ta’ Wied il-Ghajn. Hu gie rrappurtat jghid ukoll li l-Gvern se jizgura li ‘l-access ghall-post jibqa’ b’xejn’.  Sentenza li ghal hafna ghaddiet bla ma taw kasha zzejjed, pero sentenza jien innutajtha.

Leo Brincat ghandu hafna hafna aktar x’jispjega dwar dan il-park.  Dan hu l-istess Ministru li fost l-ewwel decizjonijiet li ha kif dahal fil-kariga kien li jaghlaq dan il-Park ghal xhur shah bl-iskuza li hareg l-livell ta’ kubrit fl-arja kien “perikoluz” ghan-nies jekk imorru hemm. Skuza banali l-aktar meta wiehed jikkunsidra li l-haddiema tal-impjant inniffsu thallew jahdmu normali.  Issa wara sena nduna li dan il-post ghandu valur u allura se jikkummercjalizzah. 

Il-verita’ hija li mhux kapaci jmexxih u allura jrid jghaddih lill-privat biex imexxih hu. Jekk tmur sa hemmhekk tinduna li qieghed f’telqa generali.  Tal-misthija ! U dan wara li f’konferenza stampa meta rega’ fethu ghall-pubbliku qal li waqqaf kumitat ta’ tmexxija ! Ma jaghmilx hazin il-Prim Ministru li fir-reshuffle jekk izommu lil Leo Brincat jahtru l-Ministru tal-Inkompetenza.

Probabilment irid “jikkummercjalizza” il-Park tal-Familja wkoll biex jifranka xi sold mill-ispiza tieghu. Dan Gvern galantom biex jivvinta mpjieg ghan-nies tal-qalba kollha, imma mbaghad jixxahhah mal-familji Maltin.    Jekk il-Gvern huwa tant iddisprat ghall-flus, kull ma ghandu jaghmel hu li jasal wasla sal-impjant ta’ Sant’Antnin u jnaqqas ftit minn dawk tal-qalba li fl-ahhar gimghat ivvintawlhom impjieg, l-ahhar fosthom lill-kap tal-ahbarjiet Manuel Micallef li minghajr ebda sejha gie ingaggat mal-WasteServ.  U lil ex deputat tal-PN li servihom tajjeb meta kienu fl-Opposizzjoni li nhatar il-Perit tal-WasteServ.  Ovvjament ukoll minghajr l-ebda sejha pubblika !  Dan Gvern galantom ghal tal-qalba pero xhih mal-familji u mat-tfal Maltin u Ghawdxin. 

No comments: