Hi posittiva
l-ahbar li l-Gvern prezenti se jalloka €25 miljun mill-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali biex ikunu mwettqa 14-il proġett li sejrin jippromwovu
l-użu ta’ enerġija nadifa. Jidher izda minn
dak li ntqal s’issa, li dawn il-progetti se jibbenefikaw direttament minnhom biss
entitajiet tal-Gvern u mhux il-familji Maltin jew azjendi privati.
Din id-decizzjoni
tikkontrasta sew mal-fatt li l-amministrazzjoni precedenti kienet allokat, bid-diversi skemi li tnehdew bejn l-2009
u l-2013, mal-25 Miljun Euro lill-familji Maltin biex jinvestu f’energija
nadifa. Biss biss fi zmienna kwazi 6,800
familja kienu bbenefikaw minn għotja biex jixtru pannelli fotovoltajċi
b’investiment ta’ 18‐il miljun ewro. Dan apparti li l-Gvern Nazzjonalista kien
fil-bidu tal-2013 ukoll alloka €21 Miljun ohra minn fondi Ewropej biex familji
Maltin ikomplu jinvestu f’pannelli fotovoltaici.
Barra hekk b’investiment ta’ €16-il miljun ohra kienu gew sostnuti 270 sid
ta’ negozju jew fabbrika biex jinvestu f’sistemi ta’ enerġija
alternattiva.
L-istqarrija tal-gvern ta’ din il-gimgha ghal darb’ohra tonqos milli ssemmi
x’ghajnuna se jaghti l-Gvern prezenti lill-azjendi Maltin biex jinvestu
f’energija nadifa. L-istqarrija ma tghid xejn fuq id-decizzjoni tal-Gvern
prezenti li ma jallokax €5.5 miljun lill-industrija lokali sabiex sidien ta’
fabriki jinstallaw panelli fotovaltajiċi fl-istabbilimenti taghhom. Dawn il-€5.5 Miljun huma parti minn fondi
ewropej li l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet gabet biex imorru
ghall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaici f’pajjizna. Verament decizzjoni stramba aktar u aktar
meta tiftakar li f’Awwissu tas-sena l-ohra habta w sabta il-Gvern prezenti waqqaf
l-istess skema li kien nhieda hu stess ftit granet qabel u ta x’jifhem li din
se terga tohrog fi zmien qasir.
Fuq kollox l-istqarrija tal-Gvern tonqos milli tghid meta l-Gvern prezenti
se jippublika l-Pjan tieghu ghall-Energija Nadifa. Tajjeb wiehed ifakkar li l-Ministru Konrad
Mizzi kien qal li dan kellu jkun ippublikat f’Settembru tas-sena l-ohra,
imbaghad aktar tard qal li lejn l-ahhar tas-sena l-ohra imma sa llum dan ghadu
ma giex ippublikat.